Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tapplika għall-Entitajiet tal-Gvern li jitolbu informazzjoni dwar Proprjetà tal-Gvern jew li jitolbu Proprjetà tal-Gvern bi kwalunkwe titolu. Tapplika wkoll għall-Entitajiet tal-Gvern li huma mitluba javżaw lill-Awtorità tal-Artijiet dwar sottomissjoni ta’ Applikazzjoni għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 71(5) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta’ Malta

L-Entitajiet tal-Gvern għandhom jużaw il-Formola GOV1 minflok il-Formoli: PLA1, GLA3, GLA21 u GLA23 li issa ġew sostitwiti b’din il-formola.
 

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jikseb informazzjoni dwar jekk propjeta’ partikolari hijiex amministrata mill-Gvern; jista’ jikseb approvazzjoni sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni dwar żvilupp mal-Awtorita’ tal-Ippjanar; jista jikseb titlu fuq propjeta’ tal-Gvern.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Il-ministeri, id-dipartimenti, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, il-kumpaniji u l-aġenziji kollha jew kwalunkwe entità oħra li topera taħt l-amministrazzjoni pubblika (għajr il-Kunsilli Reġjonali u Lokali).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

applika