Ħarsa ġenerali​

L-iskop ta’ din il-formola hija sabiex Soċjetajiet awtorizzati għandhom japplikaw sabiex jiksbu l-kunsens tal-Awtorita’ tal-Artijiet sabiex jinħaraq xogħol tan-nar fuq kwalunkwe art agrikola propjeta’ tal-Gvern u li kienet diġà qed tintuża għall-ħruq tax-xogħolijiet tan-nar għall-festa tar-raħal jew belt.  Tali kunsens jingħata qabel ma jinħareġ il-permess mill-Kummissarju tal-Pulizija u liċenzji oħra relatati b’konformita’ mal-Ordinanza tal-Esplosivi.

​X’ser​ tingħata

L-Assoċjazzjoni Piroteknika ta’ Malta u / jew suċċessuri tagħha jew assoċjazzjonijiet imsieħba magħha li għandhom il-permessi neċessarji b’konformita’ mal-Ordinanza tal-Esplosivi għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena u għandhom jindikaw id-dati li fihom ser jinħarqu x-xogħolijiet tan-nar.

Eliġibbiltà​​

Benefiċjarji jingħataw kunsens sabiex jinħaraq nar minn fuq art agrikola tal-Gvern qabel ma’ dawn japplikaw mal-Kummissarju tal-Pulizija.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika