Ħarsa ġenerali​

Skema għar-Regolarizzazzjoni u t-Trasferiment ta’ Titolu ta’ Residenzi Ordinarji mibnija fuq Art tal-Gvern mogħtija fuq Kirja ta’ Raba’ skont l-Avviż Legali Nru 94 tal-2022.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jikseb titolu fuq propjeta’ mibnija fuq art agrikola tal-Gvern u li tintuża bħala r-residenza ordinarja tal-inkwilin skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

1.    Kwalunkwe persuna li qed tokkupa binja mibnija fuq art tal-Gvern u li ngħatat b’kirja ta’ raba’ u liema binja qed tintuża bħala r-residenza ordinarja tal-okkupant, għajr dispożizzjonijiet oħra f'dawn ir-regolamenti, tista’ titlob lill-Awtorità biex tixtri l-parti tal-binja okkupata minnha, bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn ir-regolamenti.

2.    L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni kollha mitluba mingħandu mill-Awtorità sabiex jagħti prova li:
a.    il-binja okkupata bħalissa tintuża bħala r-residenza ordinarja tal-applikant;
b.    il-binja għandha l-permessi tal-iżvilupp kollha meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti: Sakemm, jekk il-binja nbniet qabel l-1968, l-applikant irid jissottometti dikjarazzjoni pprovduta mill-Awtorità tal-Ippjanar li tgħid li din il-binja tidher fil-folji tal-istħarriġ tal-1968; u
c.    il-binja tintwera bħala binja mibnija fir-ritratti mill-ajru tal-2018.
 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika