Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni biex jingħata Permess ta’ Encroachment fuq art/proprjetà tal-Gvern.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jingħata permess għall-encroachment fuq art tal-Gvern.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni interessata li tingħata art/proprjetà tal-Gvern b’Encroachment. Il-formola tapplika għaż-żewġ istanzi fejn (i) persuna / organizzazzjoni teħtieġ kunsens (l-ebda oġġezzjoni bi prinċipju), biex tissottometti Applikazzjoni ta’ Ppjanar għall-Iżvilupp mal-Awtorità tal-Ippjanar, skont l-Artikolu 71(4) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta’ Malta; u (ii) persuna / organizzazzjoni li se tingħata permess ta’ encroachment mill-Awtorità tal-Artijiet wara l-ħruġ tal-Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika