Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tirrgola l-impatt ambjentali tal-entrapriżi li joperaw pompi tal-petrol, mitlub mir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Emissjonijiet ta' Komposti Organiċi Volartili - KOV (Ħażna u distribuzzjoni ta' petrol mit-terminals lejn stazzjojnijet ta' servizz) - L.S. 549.52, u r-Regolamenti dwar il-Permessi Ambjentali (Proċedura tal-Applikazzjonijiet u d-Deċiżjoni tagħhom) - L.S. 549.172. Għaldaqstant, dawn il-faċilitajiet jirrikjedu permess ambjentali mill-ERA bħala l-awtorità kompetenti għal dawn ir-Regolamenti.