Ħarsa ġenerali​

Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jesportaw skart jew jitrasbordaw skart perikoluż jew li mhux elenkat, minn Malta jew fi tranżitu minnha, jew jimpurtaw għal l-finijjiet ta' rekupru, jeħtieġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), mill-pajjiż tad-destinazzjoni u mill-pajjiżi ta' tranżitu (jekk applikabbli), qabel ma jibdew il-vjaġġi.

​X’ser​ tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-Awtorità, in-notifikatur ikun awtoriżżat li jitrasporta, jitrażmetti u jimporta skart minn/lejn/via Malta lejn faċilitajiet awtorizzati barra mill-pajjiż jew lokalment. Dan ikun suġġett għal notifikazzjoni qabel u għal kull vjaġġ.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Applikanti għandhom iżuru l-paġna https://era.org.mt/topic/written-notification-procedure/ u jikkuntattjaw lill-Awtorità fuq [email protected] għal iktar informazzjoni qabel jissottomettu l-formola.

applika