Din l-iskema partikolari hi miftuħa biss għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fuq il-proprjetajiet residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li
ma jwettqux attività ekonomika għajr għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika minn sistemi fotovoltajiċi għall-użu fuq residenzi komunali.
Sabiex ikun eleġibbli, Applikant:
irid ikollu permess tal-ippjanar (fejn meħtieġ) għall-installazzjoni, qabel ma ssir l-installazzjoni tas-sistema;
- irid ikun is-sid jew enfitewta tal-proprjetà JEW is-sid ta’ interess ta’ kera fit-tul tal-proprjetà (ċjoè perjodu ta’ kirja li jeċċedi l-perjodu ta’ durabbiltà li fadal) bil-kunsensi kollha neċessarji mingħand is-sid talproprjetà. Jekk l-applikant ikun sid konġunt tal-proprjetà, l-applikant hu
intitolat li japplika għal għotja għan-nom tas-sidien konġunti l-oħra sakemm dawn ikunu qablu li l-applikant jagħmel dan u sakemm ikun konformi kif meħtieġ ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet kollha. Ilproprjetà trid tkun użata prinċipalment mill-applikant jew il-familja tiegħu/tagħha għall-iskop tar-residenza privata tiegħu/tagħha stess. Lapplikant mhux intitolat jirċievi għotja jekk il-proprjetà hi użata prinċipalment għal skopijiet ta’ negozju, inkluż il-kiri tal-proprjetà fuq
bażi kummerċjali (anke jekk il-kerrej se juża l-proprjetà għal skop residenzjali);
- ma jistax jikseb għotjiet jew sussidji oħra għal din is-sistema jew għallistess teknoloġija minn kwalunkwe skema oħra li tinkludi fondi
nazzjonali jew pubbliċi bħal fondi tal-Gvern ta’ Malta. Dan japplika ugwalment għall-Applikant jew għal kwalunkwe membru tal-istess dar;
- m’għandux ikun qed japplika għan-nom ta’ intrapriża u m’għandux ikun sid il-kera tal-proprjetà fejn hi installata s-sistema;
- irid jipprovdi lir-REWS dettalji ta’ kont bankarju personali (li juri lillapplikant bħala d-detentur) sabiex l-ammont tal-għotja jkun jista’ jiġi trasferit direttament fil-kont tal-applikant;
- irid jippermetti li organizzazzjonijiet relevanti involuti flimplimentazzjoni u l-kontroll ta’ din l-iskema li jinkludu: REWS u awtoritajiet nazzjonali u awdituri, jispezzjonaw l-installazzjoni firresidenza tal-Applikant wara li jkun ingħata avviż xieraq;
- irid jaċċetta li d-data tal-Applikant flimkien mal-ammont ta’ għotja
eliġibbli jistgħu jidhru fuq dokumenti pubbliċi jew jiġu ppubblikati fissit elettroniku tar-REWS;
- irid ikollu l-installazzjoni fotovoltajka konnessa mal-grid tal-Enemalta u jobbliga ruħu li t-tagħmir jitħaddem sew u b’mod kontinwu, kif ukoll li ssirlu l-manutenzjoni;
- fir-rigward ta’ din is-sistema, ma jsir l-ebda arranġament ma’ organizzazzjonijiet indipendenti jew tal-gvern (jew għaqdiet, assoċjazzjonijiet, eċċ) għal offerti, sew jekk finanzjarji u sew jekk le, inkluż kwalunkwe prodott jew servizz fosthom rigali, tagħmir domestiku, oġġetti jew apparat domestiku ieħor, tagħmir, servizzi, vouchers, skontijiet jew sussidji għal gruppi, sussidju fuq self mill-bank, eċċ li ma jkunx indikat b’mod ċar bħala tali fuq il-formola talapplikazzjoni;
- m’għandux jeżerċita d-dritt li jikseb, jew ma kiseb l-ebda ħlas lura ta’ taxxa, tnaqqis inkluż tnaqqis ta’ kreditu tat-taxxa fuq ix-xiri mit-taxxa fuq il-bejgħ skont it-termini tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Kap. 406), jew kwalunkwe rifużjoni ta’ taxxa oħra tkun kif tkun deskritta, fir-rigward tal-ispiża eliġibbli magħmula in konnessjoni maxxiri tas-sistema.
L-Applikant għandu jippreżenta kont tal-elettriku validu, maħruġ f’ismu/isimha għall-proprjetà fejn għandha tiġi installata t-teknoloġija, li juri li t-tariffi talelettriku li jitħallsu huma indikati bħala residenzjali. L-isem tal-Applikant u lindirizz tas-servizz għandhom jirreferu għas-sit fejn se tiġi installata s-sistema. Id-data tal-ħruġ tal-kont tal-elettriku għandha tkun fl-aħħar 12-il xahar qabel iddata tal-applikazzjoni. L-Applikant jista’ wkoll jissottometti dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew tal-ARMS
Ltd li tikkonferma li s-servizz tal-elettriku jeżisti imma ma jistax jinħareġ kont, u tipprovdi dettalji dwar id-detentur tal-kont, l-iskema tal-konsumatur u lindirizz tas-servizz.
F’każ li jkun hemm ambigwitajiet dwar l-indirizz, tista’ tkun rikjesta u huwa talparir li l-Applikanti jipprovdu site map li tindika b’mod ċar l-indirizz talinstallazzjoni. Din hija rikjesta sabiex ikun żgurat li t-teknoloġija installata qiegħda f’residenza lokali, u tippermetti lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u organizzazzjonijiet oħra relevanti involuti fl-immaniġġjar u l-kontroll tal-fondi sabiex iwettqu spezzjonijiet fuq is-sit.
Membri oħra tal-istess dar ma jistgħux japplikaw għal għotja fir-rigward talistess teknoloġija. Djar li diġà bbenefikaw minn, jew li għandhom offerta ta’ għotja miftuħa taħt skema simili ta’ PV jew Skema BAT, skont it-tagħmir li se jiġi installat, mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal għotja.
Nuqqas adekwat ta’ espożizzjoni mix-xemx tal-pannelli fotovoltajiċi, jista’ jwassal għal diżkwalifika tal-instalazzjoni jew irkuprar ta’ fondi peress li lpannelli fotovoltajiċi ma jkunux qed jiġġeneraw enerġija.