Ħarsa ġenerali​

L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma ilha toffri servizz kontinwu lill-pubbliku billi twettaq żjarat fid-djar li matulhom, isiru valutazzjonijiet dwar ix-xejriet tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma fid-djar individwali.
Matul dawn iż-żjarat, l-uffiċjali tal-EWA jipprovdu informazzjoni imprezzabbli u jagħtu pariri professjonali biex jikkonservaw l-enerġija u l-ilma. Sal-lum, mill-2015, saru iktar minn 4,000 żjara ta' dan it-tip.

​X’ser​ tingħata

Billi jsegwu d-diversi rakkomandazzjonijiet mogħtija, il-konsumaturi se jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq żmien qasir u medju filwaqt li jikkontribwixxu lejn il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Enerġija.

Eliġibbiltà​​

Kulħadd huwa eliġibbli biex jibbenefika minn din l-inizjattiva tal-EWA u dan is-servizz huwa bla ħlas.

Kif tapplika​

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma fuq 2229 2558 u [email protected]. L-uffiċjali tal-EWA jorganizzaw iż-żjara fid-djar skont il-konvenjenza tal-klijent.
applika