Ħarsa ġenerali​

L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma ilha toffri servizz kontinwu lill-Mikro-SMEs, jiġifieri intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 10 impjegati, billi twettaq żjara qasira fil-bini tal-intrapriża li matulha, valutazzjoni dwar ix-xejriet tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma, fl-intrapriża jigu mwettqa. Waqt dawn iż-żjarat, l-uffiċjali tal-EWA jipprovdu informazzjoni imprezzabbli u jagħtu pariri professjonali biex jikkonservaw l-enerġija u l-ilma. Eżempji ta’ mikrointrapriżi bħal dawn huma spiżeriji, ċentri għall-kura tat-tfal, salons tax-xagħar u tas-sbuħija, ristoranti u bars, uffiċji u ħwienet żgħar.

​X’ser​ tingħata

Billi jsegwu d-diversi rakkomandazzjonijiet mogħtija, il-Mikro-SME se jraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fuq żmien qasir u medju filwaqt li jikkontribwixxu għall-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Enerġija u l-Ilma.

Eliġibbiltà​​

Mikro-SMEs huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn din l-inizjattiva u dan is-servizz huwa mingħajr ħlas.

Kif tapplika​

Dawk kollha li huma interessati jistgħu jew jikkuntattjaw lill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma fuq 2229 2558 jew juru l-interess tagħhom billi japplikaw fuq hawn

L-uffiċjali tal-EWA torganizza ż-żjara tal-intrapriża fil-konvenjenza tal-klijent.
applika