Ħarsa ġenerali​

L-iskema RES, hija amminstrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bilħsieb li tinkoraġġixxi iktar l-użu aħjar ta’ enerġija rinnovabbli, iġġenerata fil-pajjiż. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu ta’ tagħmir fil-propjretà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, sakemm l-installazzjoni fotovoltajika, m’għandu jkollha l-ebda allokazzjoni attiva ta’ feed-in tariff. Jekk issistema fotovoltajika installata jkollha allokata feed-in tariff, il-perjodu ta’ garanzija għandu jkun skadut. 

 

Din l-iskema tnehdiet permezz tal-Avviż tal-Gvern numru xx tas-sena 2026. 

 

Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti, li tħejjew sabiex jgħinu lill-applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja ta’ Sistema RES.

 

Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lil REWS, qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir. Lapplikazzjoni tal-Parti B imbagħad trid tiġi sottomessa wara l-installazzjoni u x-xiri tattagħmir iżda sal-iskadenza ndikata fl-Ittra tal-Offerta tal-Għotja maħruġa wara lapprovazzjoni tal-Parti A.

​X’ser​ tingħata

Lista ta’ perċentwali ta’ għajnuna:

 

Għażla A - Sistema fotovoltajika b’ inverter hybrid: 65% tal-infiq eliġibbli sa massimu ta’ 3,000 Euro kull sistema u Euro 645 għal kull kWp.

 

Għażla B - Hybrid/Battery inverter u sistema ta’ batterija għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli: 75% tal-infiq eliġibbli tal-Hybrid inverter sa massimu ta’ 1,800 Euro kull sistema u Euro 350 għal kull kWp u 75% tal-infiq eliġibbli tas-sistema tal-batterija sa massimu ta’ 6,000 Euro kull sistema u Euro 600 għal kull kWh.

 

Għażla Ċ - Sistema ta’ Batterija għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli: 75% tal-infiq eliġibbli tas-sistema tal-batterija sa massimu ta’ 6,000 Euro kull sistema u Euro 600 għal kull kWh.

 

Sidien ta’ sistemi installati fuq postijiet residenzjali (anke dawk li ma bbenefikaw minn ebda għajnuna fuq xi Sistema tal-Panelli jiġifieri la Feed-in Tariff jew Għotja) u ilhom imqabbda mal-grid għallinqas sitt snin jistgħu japplikaw għal preferenza B.

 

L-applikant, meta japplika għal għażla A, jista’ japplika wkoll għal għażla Ċ. 

 

Barra minn hekk, tagħmir li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-NZIA ikun eliġibbli għal kumpens finanzjarju addizzjonali ta’ 5%.

Eliġibbiltà​​

Din l-iskema partikolari hi miftuħa biss għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fuq il-propjetajiet residenzjali tagħhom, u għall- organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika għajr għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika minn sistemi fotovoltajiċi għall-użu fuq residenzi komunali.

 

Sabiex ikun eleġibbli, Applikant: 

  • Irid ikollu permess tal-ippjanar (fejn meħtieġ) għall-installazzjoni, qabel ma ssir l-installazzjoni tas-sistema;

  • Irid ikun is-sid jew enfitewta tal-proprjetà JEW is-sid ta’ interess ta’ kera fittul tal-propjetà (ċjoè perjodu ta’ kirja li jeċċedi l-perjodu ta’ durabbiltà li fadal) bil-kunsensi kollha neċessarji mingħand is-sid talproprjetà. Jekk lapplikant ikun sid konġunt tal-propjetà, l-applikant hu intitolat li japplika għal għotja għan-nom tas-sidien konġunti l-oħra sakemm dawn ikunu qablu li l-applikant jagħmel dan u sakemm ikun konformi kif meħtieġ ma’ dawn ittermini u l-kundizzjonijiet kollha. Il-propjetà trid tkun użata prinċipalment mill-applikant jew il-familja tiegħu/tagħha għall-iskop tar-residenza privata tiegħu/tagħha stess. L-applikant mhux intitolat jirċievi għotja jekk il-propjetà hi użata prinċipalment għal skopijiet ta’ negozju, inkluż il-kiri tal-propjetà fuq bażi kummerċjali (anke jekk il-kerrej se juża l-propjetà għal skop residenzjali);

  • Ma jistax jikseb għotjiet jew sussidji oħra għal din is-sistema jew għallistess teknoloġija minn kwalunkwe skema oħra li tinkludi fondi nazzjonali jew pubbliċi bħal fondi tal-Gvern ta’ Malta. L-applikanti li jkunu rċevew għotja għal sistema simili mill-2010 ‘il hawn mhumiex eliġibbli għal għotja oħra mogħtija taħt din l-iskema. Dan japplika ugwalment għall- Applikant jew għal kwalunkwe membru tal-istess dar;

  • M’għandux ikun qed japplika għan-nom ta’ intrapriża u m’għandux ikun sid il-kera tal-propjetà fejn hi installata s-sistema;

  • Irid jippermetti li organizzazzjonijiet relevanti involuti fl-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ din l-iskema li jinkludu: REWS u awtoritajiet nazzjonali u awdituri, jispezzjonaw l-installazzjoni fir-residenza tal-Applikant wara li jkun ingħata avviż xieraq;

  • Irid jaċċetta li d-data tal-Applikant flimkien mal-ammont ta’ għotja eliġibbli jistgħu jidhru fuq dokumenti pubbliċi jew jiġu ppubblikati fis-sit elettroniku tar-REWS;

  • Irid ikollu l-installazzjoni fotovoltajka konnessa mal-grid tal-Enemalta u jobbliga ruħu li t-tagħmir jitħaddem sew u b’mod kontinwu, kif ukoll li ssirlu l-manutenzjoni;

  • Fir-rigward ta’ din is-sistema, ma jsir l-ebda arranġament ma’ organizzazzjonijiet indipendenti jew tal-gvern (jew għaqdiet, assoċjazzjonijiet, eċċ) għal offerti, sew jekk finanzjarji u sew jekk le, inkluż kwalunkwe prodott jew servizz fosthom rigali, tagħmir domestiku, oġġetti jew apparat domestiku ieħor, tagħmir, servizzi, vouchers, skontijiet jew sussidji għal gruppi, sussidju fuq self mill-bank, eċċ li ma jkunx indikat b’mod ċar bħala tali fuq il-formola tal-applikazzjoni;

  • M’għandux jeżerċita d-dritt li jikseb, jew ma kiseb l-ebda ħlas lura ta’ taxxa, tnaqqis inkluż tnaqqis ta’ kreditu tat-taxxa fuq ix-xiri mit-taxxa fuq il-bejgħ skont it-termini tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Kap. 406), jew kwalunkwe rifużjoni ta’ taxxa oħra tkun kif tkun deskritta, fir-rigward talispiża eliġibbli magħmula in konnessjoni max-xiri tas-sistema.

 

L-Applikant għandu jippreżenta kont tal-elettriku validu, maħruġ f’ismu/isimha għallpropjetà fejn għandha tiġi installata t-teknoloġija, li juri li t-tariffi tal-elettriku li jitħallsu huma indikati bħala residenzjali. L-isem tal-Applikant u l-indirizz tas-servizz għandhom jirreferu għas-sit fejn se tiġi installata s-sistema. Id-data tal-ħruġ tal-kont tal-elettriku għandha tkun fl-aħħar 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni. LApplikant jista’ wkoll jissottometti dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-ARMS Ltd li tikkonferma li s-servizz tal-elettriku jeżisti imma ma jistax jinħareġ kont, u tipprovdi dettalji dwar id-detentur tal-kont, l-iskema tal-konsumatur u l-indirizz tas-servizz.

 

Membri oħra tal-istess dar ma jistgħux japplikaw għal għotja fir-rigward tal-istess teknoloġija. Djar li diġà bbenefikaw minn, jew li għandhom offerta ta’ għotja miftuħa taħt skema simili ta’ PV jew l-iskema tal-Batterija, skont it-tagħmir li se jiġi installat, mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal għotja.

 

Nuqqas adekwat ta’ espożizzjoni mix-xemx tal-pannelli fotovoltajiċi, jista’jwassal għal diżkwalifika tal-installazzjoni jew irkuprar ta’ fondi peress li l-pannelli fotovoltajiċi ma jkunux qed jiġġeneraw enerġija.

 

Dokumenti Meħtieġa
 

L-applikazzjoni (Parti A) għandha tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni elenkata hawn taħt:

  • Koppja tal-Karta tal-Identità jew Dokument ta’ Residenza;

  • Kont tal- Elettriku maħruġ minn ARMS Ltd għall-post tal-proġett, f’isem lapplikant;

  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata.

 

L-applikazzjoni (Parti B - talba għall-ħlas lura) għandha tkun akkumpanjata middokumentazzjoni elenkata hawn taħt:

  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata;

  • Riċevuta/i Fiskali Oriġinali;

  • Kopja tal-fattura/i;

  • Ritratti tal-pjanċi ta’ klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;

  • Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;

  • Fotokopja tal-Permess tal-PA (fejn meħtieġ);

  • Ċertifikat ta’ kummissjonar maħruġ minn inġinier elettriku warrantat.

Kif tapplika​

Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet:

  • Parti A tikkonċerna l-applikazzjoni għall-għotja, li trid timtela’ mill-Applikant qabel ma tinxtara/tinstalla t-teknoloġija.

  • Parti B hija t-talba għar-rimbors, li trid timtela’ mill-Applikant wara li tkun inxtrat is-sistema (inkluż il-ħlas, l-installazzjoni u l-kummissjonar tattagħmir).

 

Importanti li wieħed jinnota li l-Applikazzjonijiet (Parti A (Applikazzjoni għall-Għotja), u Parti B (Talba għar-Rimbors)) għandhom jiġu sottomessi ‘online’, bilposta jew blidejn personalment mill-Applikant jew minn persuni awtorizzatti mill-Applikant, fluffiċini tar-REWS matul il-perjodu stabbilit fl-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.

applika