Overview
L-iskema tal-‘Heat Pump Water Heaters’ hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġixxi l-użu ta’ tagħmir ta’ enerġija effiċjenti fis-settur domestiku. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi), għal użu tat-tagħmir fil-proprjeta’ residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
What You'll Get
Għotja monetarja.
Eligibility
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw
il-Linji Gwida għall-Applikanti ,li tħejjew sabiex jgħinnu lil applikanti biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni għal għotja għal ‘Heat Pump Water Heater’.
Application Requirements
Il-formola tal-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija b’mod sħiħ u sottomessa lil REWS qabel ma jinxtara u ma jiġi installat it-tagħmir. L-applikanti huma wkoll meħtieġa sabiex jistennew l-ittra ta’ konferma maħruġa mir-REWS, li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċettata qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.
2021 Skema ta’ ‘Heat Pump Water Heater’
• Parti A għandha timtela’ b’mod sħiħ qabel tinxtara s-sistema tal-‘Heat Pump Water Heater’
1.2: Applikazzjoni - Parti B – 2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’
Malli t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti huma meħtieġa li jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa.
2021 Skema għal ‘Heat Pump Water Heater’
• Parti B għandha timtela’ wara l-installazzjoni u l-kummissjonar tas-sistema tal-‘Heat Pump Water Heater’
3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma
1. Dettalji tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
2. Firma tal-applikant bl-idejn, meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
3. Kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett
4: Tip ta’ Evidenza li għandha tiġi Sottomessa
1. Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza tal-applikant;
2. Kopja tal-kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn ser isir il-proġett;
3. Kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-proprjetà fejn it-teknoloġija ġiet installata (fejn applikabbli);
4. Irċevuti fiskali oriġinali;
5. Kopja tal-fattura;
6. Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
7. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
8. Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
9. Kopja tal-garanzija ta’ ħames (5) snin għas-sistema;
10. Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ mill-installatur;
11. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Timeline
null
Imejl
Telefown
Indirizz
applika