1.1: Applikazzjoni – Parti A – Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jsir ix-xogħol tar-restawr.
Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
• Parti A li trid timtela qabel ma jsir ix-xogħol:
Ħolqa għal Applikazzjoni Online1.2: Applikazzjoni – Parti B – Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
Malli jitlesta x-xogħol ta’ restawr, l-applikanti huma mitluba jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.
Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
• Parti B li trid timtela wara l-installazzjoni u l-kummissjonar:
Ħolqa għall-Applikazzjoni Online3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma
1. Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
2. Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
3. Kont tal-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett.
4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa
Għal Parti A
1. Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
2. Kopja tal-kont tal-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
3. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Għal Parti B
1. Irċevuti fiskali oriġinali;
2. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni qabel u wara x-xogħlijiet;
3. Ċertifikazzjoni tax-xogħol ta’ restawr maħruġa minn perit u ċertifikazzjoni tas-sistema tal-ilma tat-tieni klassi maħruġa minn perit jew inġinier;
4. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.