Overview
L-iskema tal-Pannelli Solari Fotovoltajċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu tal-enerġija rinovabbli fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) rigward l-użu tal-pannelli fuq il-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
What You'll Get
Lista ta' persentaġġi: Sistema tal-PV : 50% fuq l-ispejjeż sa massimu ta 3,000 ewro għal kull sistema kif ukoll 1000 ewo/kWp u kWp darbiet 3,800 ewro) tnaqqas l-ispejjeż eliġġibli.
Eligibility
Din l-skema se timxi eżatt bħal proċeduri passati fejn individwi li qed jagħmlu użu minn propjetajiet residenzjali kif ukoll organizzazzjonijiet li mhux qed mmexxu attivita ekonomika li jiggwadanjaw minn din l-skema.
Applikanti li diġa rċivew din l-għotja għal sistema simili mill- 2006 mhumiex se jkunu eliġġibli għal għotja oħra maħruġa minn din l-skema.
Għal aktar informazzjoni, applikanti potenzjali huma mħeġġa jgħafsu hawn.
Application Requirements
Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jinxtara u jiġi installat it-tagħmir.
Skema tal-2020 tal-Pannelli Fotovoltajċi
• Parti A li trid timtela qabel ix-xiri tat-tagħmir: Ħolqa għal Applikazzjoni Online
1.2: Applikazzjoni – Parti B – Skema tal-2020 tal-Pannelli Fotovoltajċi
Malli t-tagħmir jiġi installat u kkummissjonat, l-applikanti għandhom jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.
Skema tal-2020 tal-Pannelli Fotovoltajċi
• Parti B li trid timtela wara l-installazzjoni u l-kummissjonar: Ħolqa għal Applikazzjoni Online
3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma
Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
Kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett.
4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa
Għal Parti A
1. Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
2. Kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
3. Stima tat-tagħmir;
4. Ritratti tas-sit ta’ installazzjoni;
5. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Għal Parti B
1. Irċevuti fiskali oriġinali;
2. Kopja tal-fattura;
3. Ritratti tal-plakki tal-klassifikazzjoni tat-teknoloġiji installati;
4. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni;
5. Kopja tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (fejn meħtieġ);
6. Formola tal-Awtorità tal-Ippjanar;
7. Ċertifikat tal-kummissjonar maħruġ minn inġinier elettriku bil-warrant;
8. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Timeline
null
Imejl
Telefown
Indirizz
applika