Ħarsa ġenerali​

Istituzzjonijiet Edukattivi jistgħu jagħżlu li jirreġistraw bħala fornituri mhux formali mad-DQSE  bħala  Istituzzjonijiet li jipprovdu Edukazzjoni mhux Formali u jintrabtu jirrispettaw l-istandards tal-kwalità.

​X’ser​ tingħata

Ir-Reġistrazzjoni sservi bħala marka ta' kwalità u l-istudenti jistgħu jagħżlu li jinkludu l-esperjenza tagħhom fl-SSQ&P.

Eliġibbiltà​​

L-Istituzzjonijiet Edukattivi kollha li joffru attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali għall-istudenti -fil-livell sekondarju.

Kif tapplika​

Reġistrazzjoni onlajn fuq il-websajt tad-DQSE

Dokumenti meħtieġa

Approvazzjoni tal-POMA tal-adulti kollha f'kuntatt mal-istudenti,

Kondotta tal-pulizija tal-adulti kollha f'kuntatt mal-istudenti,

Ċertifikat validu tal-ewwel għajnuna ta’ adult wieħed responsabbli preżenti fil-post,

Istituzzjonijiet li joffru attivitajiet relatati mal-isport jeħtieġ li jirreġistraw mal-AIMS,

Rapport tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-post, jew komparabbli.

applika