Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta' boroż ta' studju ENDEAVOUR II tappoġġja edukazzjoni terzjarja ta'

kwalità fil-livell post-terzjarju, f’ livell 7 PT/DL/FT/Blended u biex tassigura li s-suq tax-

xogħol Malti jkollu l-aħjar nies sabiex dan ikun f'pożizzjoni li jikkompeti f'livell

internazzjonali. L-iskema għandha l-għan li tappoġġja lil dawk li jaqbdu din it-triq

kif ukoll li tikkontribwixxi effettivament għall-ekonomija.

L-edukazzjoni post-terzjarja hi parti dejjem iżjed importanti fl-aġenda ekonomika

u soċjali ta' kull pajjiż. Dan għaliex hija element ewlieni fl-żvilupp professjonali

kontinwu ta' ħafna nies.

​X’ser​ tingħata

L-iskema għandha fil-mira studenti żgħazagħ u ikbar fl-età li qed jiġu inkoraġġuti

biex ikomplu l-istudji tagħhom fil-Livell 7 tal-QMK. Dawn jistgħu jkunu studji

akkademiċi fil-livell ta’ Masters  jew xi kwalifika vokazzjonali oħra li

twassal għal-Livell 7  tal-QMK.

Applikanti li diġà għandhom Kwalifika ta’ Masters Livell 7 tal- QMK jistgħu  japplikaw    għall- Masters ieħor, IMMA ma jistgħux japplikaw taħt din l-iskema għal programmi ta’  studju ta’ livell inqas minn Masters, bħal pereżempju Diploma Post-Gradwatorja. Applikanti li diġà kisbu kwalifika fil-Livell 8 tal-QMK ma jistgħux japplikaw għal  din l-iskema.

Din l-iskema hija ko-iffinanzjata mill- Fondi Ewropej taht ESF+.03.185

L-applikanti jridu jkunu lesti li jibdew l-istudju taghhom bejn id – 27 t’April 2026 u s-

26 t’April 2027.

Eliġibbiltà​​

Huwa importanti li l-applikanti jsegwu s-sit eletroniku u jaqraw r-regolamenti abbinati mas-sejħa numru 5 tal-Endeavour II.Wiehed ghandu jsib ukoll mistoqsijiet bit-twegibiet u l-holqa ghall-applikazzjoni https://myscholarship.gov.mt

Kif tapplika​

L-applikant irid ikun fil-pussess ta l -E- ID biex jaccessa l-applikazzjoni onlajn u l-

ħolqa hija accessibli mis-sit eletroniku msemmi hawn fuq. L-applikazzjonijiet ikunu

miftuha bejn is-27 t’April  2026 u l-5 ta’ Gunju 2026 f’nofsinhar hin lokali.

Il-lista ta dokumenti meħtiega ma din l-applikazzjoni jinsabu fi klawsola 8 tar-

Regolamenti 2026.

Importanti li hadd ma jhalli ghall-ahhar ftit granet minhabba influss qawwi ta

applikazzjonijiet.

 

applika