Il-blockcerts huwa standard miftuħ għall-ħolqien, il-ħruġ, il-wiri u l-verifika ta' ċertifikati bbażati fuq il-blockchain. Dawn ir-rekords diġitali huma rreġistrati fuq blockchain, iffirmata b’ mod kriptografiku, reżistenti għat-tbagħbis, u azzjonabbli.
L-App tal-Blockcerts Wallet tista’ titniżżel u tintuża biss fuq mowbajl jew tablet. L-App tal-Blockcerts Wallet tista’ titniżżel u tintuża biss fuq mowbajl jew tablet. Li tniżżel l-App tal-Blockcerts Wallet hija GĦAŻLA iżda huwa rakkomandat li wieħed iniżżel l-app sabiex ikun jista’ jissejvja ċ-Ċertifikati Diġitali kollha, bħaċ-Ċertifikati mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), iċ-Ċertifikati tat-Tluq mill-Iskola, iċ-Ċertifikati tal-ICT C3 u Ċertifikati oħra maħruġa permezz ta’ Blockcerts f’post wieħed fuq il-mowbajl jew it-tablet.
Studenti tal-11-il sena, studenti tal-MCAST, studenti tas-Servizzi pubbliċi (IPS),, ITS Skill Pass u St John Ambulance and Rescue.
Gwida bi spjegazzjoni pass pass dwar kif tniżżel l-app tal-Blockcerts wallet fuq mowbajl jew tablet - https://edukazzjoni.gov.mt/useful-links-mt/blockcerts/