Skeda tal-klassijiet ta’ Catch-Up tas-Sajf
Il-Catch-Up Classes Programme tas-Sajf 2026 huwa inizjattiva f’forma ta’ lezzjonijiet fiżikament u online maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti mill-Year 1 sal-Year 10 permezz ta’ reviżjoni u biex jgħinhom jiksbu aktar kunfidenza fl-istudji tagħhom.
Tul tal-Programm
Dati: It-Tnejn, 13 ta’ Lulju – Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru 2026
Skeda: Mit-Tnejn sal-Ħamis għal 8 ġimgħat konsekuttivi
Ħinijiet tal-Ftuħ taċ-Ċentri
Ċentri Primarji: 9:00 ta’ filgħodu – 12:00 ta’ nofsinhar
Ċentri Sekondarji: 8:45 ta’ filgħodu – 12:30 ta’ nofsinha
Ċentri Fiżiċi (In-Person Centres)
Primarji (Mill-1 sena sas-6):
Skola Primarja Marsascala (San Ġwakkin)
Skola Primarja Raħal Ġdid (Paola)
Skola Primarja Kirkop
Skola Primarja Santa Venera
Skola Primarja Mosta (Ex Lily of the Valley)
Skola Primarja San Ġwann
Skola Primarja San Pawl il-Baħar
Skola Primarja Rabat Għawdex
Sekondarji (Mis-7 sal-10 sena):
Skola Sekondarja Kirkop
Skola Sekondarja Mrieħel
Skola Sekondarja Mosta (Ex Lily of the Valley)
Ċentri Virtwali (Online)
Skola Primarja Virtwali (Mill-1 sena sas-6)
Skola Sekondarja Virtwali (Mis-7 sal-10 sena)
Il-Programm tal-Catch-Up Classes tax-Xitwa (Sibtijiet) 2026-2027
Il-Programm ta’ Catch-Up Classes tax-Xitwa (is-Sibtijiet) huwa inizjattiva f’forma ta’ lezzjonijiet fiżikament u online maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti mill-Year 1 sal-Year 11 permezz ta’ reviżjoni u biex jgħinhom jiksbu aktar kunfidenza fl-istudji tagħhom. (Year 11 biss b’mod virtwali)
Tul tal-Programm
Dati: Is-Sibt, 14 ta’ Novembru 2026 – Is-Sibt, 5 ta’ Ġunju 2027
Skeda: Is-Sibtijiet għal tletin ġimgħa
Ħinijiet tal-Ftuħ taċ-Ċentri
Ċentri tal-Primarja: 9:00 AM – 12:00 PM
Ċentri tas-Sekondarja: 9:00 AM – 12:00 PM
Ċentri Fiżiċi (In-Person Centres)
Primarji (Mill-1 sena sas-6):
Marsascala Primary School (St Joachim)
Paola Primary School
Santa Venera Primary School
Rabat Gozo Primary School
Sekondarji (Years 7–10):
Mosta Secondary School (Ex Lily of the Valley)
Ċentri Virtwali
Skola Virtwali tal-Primarja (Years 1–6)
Skola Virtwali tas-Sekondarja (Years 7–11)
Aktar dettalji
L-għalliema kollha huma kwalifikati u għandhom l-esperjenza fit-tagħlim.
Matul il-Catch-Up Classes tas-Sajf l-istudenti se jkunu qed jibbenefikaw minn tagħlim fis-suġġetti ewlenin fosthom il-Matematika, il-Malti, l-Ingliż, ix-Xjenza, il-Fiżika, l-ICT, l-Edukazzjoni Fiżika u l-Arti.
Matul il-Catch-Up Classes tax-Xitwa l-istudenti se jkunu qed jibbenefikaw minn tagħlim fis-suġġetti ewlenin fosthom il-Matematika, il-Malti, l-Ingliż, ix-Xjenza u l-Fiżika,
L-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel.
Ladarba l-klassijiet jimtlew, l-istudenti se jiġu poġġuti fuq lista ta’ stennija u jiġu kkuntattjati skont il-possibbiltà ta’ post.
Il-programm huwa bla ħlas.