Ħarsa ġenerali​

Dħul ta’ studenti minn Malta u Għawdex li twieldu fl-2015 u li temmew is-sitt sena u li qed jistudjaw u li qed jippromettu f’ xi forma ta’ arti fost  Arti, Mużika, Drama, Media u Żfin. Għal aktar informazzjoni - 

https://edukazzjoni.gov.mt/wp-content/uploads/2026/04/Xerox-Scan_13042026110212.pdf

​X’ser​ tingħata

L-applikazzjoni se tasal għand il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ ta' St Thomas More, u din tiġi rikonoxxuta permess ta’ rċevuta għal kull applikazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Din l-iskola tilqa’ fi ħdanha studenti bniet u subien minn Malta u Għawdex li twieldu fl-2015, li se jtemmu b’suċċess is-sitt sena tagħhom fl-Iskola Primarja u li huma meqjusa b’talent prominenti fl-arti viżwali u performattiva. Dawn l-istudenti huma eliġibbli biex japplikaw għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva.

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet se jiftħu nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar 2026; se jkunu aċċessibbli u jistgħu jitniżżlu minn 

https://workflow.gov.mt/eservice/S10226?language=mt

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Marzu 2026. 

Għal aktar tagħrif ċemplu fuq 25986039.

applika