Ħarsa ġenerali​

L-iskola sekondarja Ogħla Giovanni Curmi hija waħda mis-6th forms ewlenin f’Malta. L-iskola toffri tagħlim post-sekondarji lil studenti li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja u li jkunu jixtiequ jibqgħu mexjin fil-vjaġġ edukattiv tagħhom sabiex jistudjaw suġġetti fil-livell Avvanzat u Intermedju. Barra minn hekk noffru ukoll il-kors tal-Gem16+ lil dawk li ma jkunu ġabu biżżejjed kwalifiċi fil-livell 3 bi programm speċjaliżżat

​X’ser​ tingħata

Kors ta’ sentejn fil-Livell tal- Matrikola jew f’livell Avvanzat / Intermedju. Noffru ukoll Korsijiet ta Revizzjoni fuq livell CES fuq medda ta sena.

 

Eliġibbiltà​​

Kull min spicca l -Year 11 fil livell sekondarju. Irid ikollok il-Kwalifici necessarji skont prospett tal-Iskola. - https://gchss.edu.mt/

Kif tapplika​

Din is-6th form toffri żewġ perjodi ta’ reġistrazzjoni. L-ewwel sejħa toħroġ lejn nofs Lulju sa’=ewwel ftit ġranet ta’ Awwissu filwaqt li t-tieni sejħa toħrog f’nofs Settembru sa’ l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru. L-istudent irid ikolli eID sabiex japplika mil-website tal-iskola.