Dan is-servizz huwa maħsub sabiex jipprepara lill-istudenti għad-dinja tax-xogħol permezz tal-għażla tas-suġġetti, żjajjar fiżiċi fuq il-postijiet tax-xogħol kif ukoll gwida individwali dwar il-karriera. Is-sapport mhux limitat għall-iskejjel sekondarji biss iżda jsiru inizjattivi kreattivi anke fl-iskejjel primarji s-sena kollha.
Servizzi maħsuba biex jassistu lin-nies fi kwalunkwe età u fi kwalunkwe punt tul ħajjithom, biex jieħdu deċiżjonijiet edukattivi, ta’ taħriġ u okkupazzjonali u biex jimmaniġġjaw il-karrieri tagħhom.
Is-servizz huwa offrut mill-Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
Directorate for Educational Services (DES)
Fra Gaetano Pace Forno Street Hamrun, Malta.
HMR 1101
Email: [email protected]
Tel: 25983497/25983421