Ħarsa ġenerali​

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni b’kollaborazzjoni mal-Ministeru Għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, qiegħed joffri għajnuna supplimentari lill-istudenti, bl-iskop li titjieb l-esperjenza edukattiva tagħhom fl-iskola.

​X’ser​ tingħata

Kull student eliġibbli jista’ jiġi kkunsidrat biex jibbenefika minn waħda sa tliet għajnuniet soċjali, dejjem skont il-bżonn tal-individwu. 

Dawn l-għajnuniet huma:
1) vawċer għall-uniformi, u/jew
2) pakkett bażiku ta’ stationery (ara mistoqsija numru 8) u/jew
3) għażla t’attività ekstrakurrikulari.

Eliġibbiltà​​

Ġenituri li jirċievu ittra ta’ eliġibbiltà bi struzzjonijiet dwar kif japplikaw mibgħuta mid-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali jew AWAS.

Kif tapplika​

Billi timla’ l-formola. Jekk jogħġbok Ikklikkja hawn.