Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija > Servizzi Edukattivi > Servizzi u Għaqdiet taż-Żgħażagħ

Servizzi u Għaqdiet taż-Żgħażagħ

  • Warrant għall-Youth Worker

    Il-warrant iforni lil youth workers (ħaddiema maż-żgħażagħ) b'benchmark (punt ta' referenza) għal imġiba u prattika tajba professjonali. Huwa maħsub sabiex jiggwida u jagħti appoġġ lil youth workers biex iwettqu d-dmirijiet u responsabbiltajiet professjonali tagħhom, u biex isostnu l-istandards professjonali u t-tijib kontinwu ta' dawn l-istandards.
  • Il-Youth Cafès

    Il-Youth Cafès għandhom l-għan li jrawmu sens ta’ komunità, u inklużjoni,  billi joffru post fejn iż-żgħażagħ jistgħu jingħaqdu, jaqsmu l-esperjenzi, u jgawdu l-ħin liberu tagħhom f’atmosfera pożittiva u ta’ trawwim. Il-Youth Cafès huma postijiet fejn individwi żgħażagħ jistgħu jħossuhom apprezzati, jiżviluppaw ħiliet ġodda u jesploraw il-potenzjal tagħhom. Permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet divertenti u ta’ involviment, Youth Cafès joffru informazzjoni, gwida, u ċans li jibnu ħbiberiji.


    Il-Youth Cafès huma parti minn inizjattiva usa’ mill-Aġenzija Żgħażagħ biex tiżgura li ż-żgħażagħ f’Malta jkollhom aċċess għal spazji soċjali li jmorru lil hinn mill-ambjenti tradizzjonali, b’fokus fuq l-iżvilupp personali u l-aċċess għall-opportunitajiet.
     

  • Irriserva post fiċ-ċentri tal-attivatijiet taż-żgħażagħ - Marsaxlokk

    Iċ-ċentri ta’ ‘Attivitajiet taż-Żgħażagħ’ , huma spazji li jistgħu jintużaw minn organizzazjonijiet taż-żgħażagħ bl-għan li jorganizzaw avvenimenti bħal seminars, live-ins jew skambji taż-żgħażagħ.

  • Karta Żgħażagħ (EYCA Karta Diġitali)

    L-iskop ta' dil-karta diġitali huwa li jippromovi l-abbiltà, iżżid informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ barra minn Malta. Fost il-benefiċċji, iż-żgħażagħ ikollhom aċċess ghall-informazzjoni u roħs sew lokalment kif ukoll barra. 

  • Life Skills Lab Summer 2026 - Agenzija Żgħażagħ

    Il‑Life Skills Lab 2026 huwa programm tas‑sajf strutturat u b’xejn offrut minn Aġenzija Żgħażagħ, imfassal biex jagħti sapport fl‑iżvilupp personali taż‑żgħażagħ f’ambjent sigur, attraenti u sorveljat b’mod professjonali. Permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet — dawn jinkludu programmi ta’ ħiliet tal‑ħajja, klabbs tematiċi, bootcamps, programmi li huma akkreditati u esperjenzi residenzjali — iż‑żgħażagħ jiġu mħeġġa jiżviluppaw il‑kunfidenza fihom infushom, ir‑reżiljenza u ħiliet essenzjali għall‑ħajja ta’ kuljum.

    Is‑servizz jiffoka fuq l‑iżvilupp tal‑komunikazzjoni, il‑ħidma f’tim, it‑tmexxija, il‑kreattività, l‑għarfien diġitali u l‑ħsieb kritiku permezz ta’ tagħlim prattiku u esperjenzi kollaborattivi. L‑attivitajiet kollha jitwasslu minn youth workers kwalifikati li jipprovdu gwida, appoġġ u mudelli pożittivi. Il‑programm jippromwovi wkoll l‑inklużjoni, ir‑rispett, il‑benesseri u ċ‑ċittadinanza attiva, u jiżgura li kull parteċipant iħossu apprezzat u mogħti is-sapport meħtieġ.

    Dan is‑servizz se jsir fiċ‑ċentri kollha ta’ Aġenzija Żgħażagħ li jinsabu ġewwa Santa Venera, l-Msida, l-Qawra, MCAST Paola, iċ‑Ċentru tal‑Attivitajiet ta’ Marsaxlokk u Ħad Dingli; u Għajnsielem Għawdex.

    Għal aktar informazzjoni tista’ tagħfas fuq din il-ħolqa -  Life Skills Lab Information Sheet

  • Reġistrazzjoni għall-Organizzazzjonijiet għaż-Żgħażagħ

    L-organizzazzjonijiet ta' żgħażagħ u organizzazzjonijiet imexxija minn żgħażagħ li għandhom numru V.O. (Organizzazzjoni Volontarja) validu jistgħu jirreġistraw ma’ Aġenzija Żgħażagħ sabiex ikollhom aċċess għal varjetà ta’ opportunitajiet ta’ valur. 

    Billi jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet jkunu eliġibbli għall-finanzjament, sessjonijiet ta’ taħriġ, avvenimenti ta’ netwerking, u qsim ta’ informazzjoni li jistgħu jtejbu b’mod sinifikattiv ix-xogħol u l-iżvilupp tagħhom.

    Din l-inizjattiva hija mfassla biex tappoġġja l-organizzazzjonijiet fil-missjoni tagħhom li jħeġġu żgħażagħ, u jgħinuhom jiżviluppaw u jikbru fil-komunitajiet tagħhom.
     

  • Skema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf

    It-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMGU), fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizz Pubbliku fi ħdan id-Diviżjoni tal-Poplu u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden lill-istudenti li qegħdin full-time biex japplikaw għall-Iskema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2026.

  • Skema ta' Mentoring għall-Kompożituri Żgħażagħ

    Permezz ta’ din l-inizjattiva, kompożituri aspiranti jistgħu jirfinaw il-ħiliet mużikali tagħhom, u jirċievu rikonoxximent għal xogħolhom. Din hija mitfuha ghall żgħażagħ  li huma appassjonati dwar il-Mużika Klassika, kif ukoll il-Pop, il-Rock u l-Jazz.  Din l-iskema ta’ mentoring tippermetti liż-żgħażagħ jesploraw il-kreattività tagħhom permezz tal-melodija u l-ħoss. Kompożituri żgħażagħ huma mħeġġa jipparteċipaw f’Young Composers 2025 organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal. Dan il-programm jistieden lill-parteċipanti biex jieħdu sehem fi programm ta’ mentoring, li joffri pjattaforma edukattiva biex jitgħallmu minn Maestros esperti u jiżviluppaw ix-xogħlijiet tagħhom bil-gwida tal-parrini tagħhom.
     

  • 1
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026