Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub għal kumpaniji Maltin fit-teknoloġija, start-ups, u negozji li qegħdin ifittxu li jespandu internazzjonalment. L-inizjattiva inMalta tirrappreżenta lil Malta f'konferenzi u summits internazzjonali ewlenin tat-teknoloġija, u tipprovdi lin-negozji Maltin opportunitajiet biex juru l-innovazzjonijiet tagħhom fuq livell globali.

​X’ser​ tingħata

Permezz ta' din l-inizjattiva, inti tkun tingħata aċċess għal rappreżentazzjoni f'avvenimenti u konferenzi tat-teknoloġija fuq livell globali. Dan jinkludi opportunitajiet biex tagħmel networking ma' investituri internazzjonali, mexxejja fil-qasam tat-teknoloġija, iżżid il-viżibbiltà globali tan-negozju tiegħek, u tingħaqad mal-ekosistema tat-teknoloġija mondjali. inMalta, immexxija minn Tech.mt f'kollaborazzjoni ma' Malta Enterprise, FinanceMalta, GamingMalta, u MDIA, jippromwovi lil Malta bħala ċentru għal investiment barrani dirett u jappoġġja lin-negozji lokali biex jilħqu swieq internazzjonali.

Eliġibbiltà​​

Inti tista' tibbenefika minn din l-inizjattiva jekk:

  • Il-kumpanija tiegħek hija bbażata f'Malta
  • Topera fis-setturi tat-teknoloġija, fintech, gaming, innovazzjoni diġitali, jew setturi relatati
  • Qiegħed tfittex opportunitajiet ta' espansjoni internazzjonali jew sħubiji
  • Tixtieq tipparteċipa fid-delegazzjoni ta' Malta f'avvenimenti teknoloġiċi globali

Kif tapplika​

  • Żur il-websajt inMalta fuq tech.mt/inmalta 

  • Iċċekkja l-kalendarju tal-avvenimenti li ġejjin biex tara l-konferenzi internazzjonali skedjati 

  • Ikkuntattja lil Tech.mt biex turi l-interess tiegħek li tipparteċipa f'avvenimenti speċifiċi (suġġett għad-disponibilita’)

  • Issottometti l-informazzjoni tal-kumpanija tiegħek u l-oqsma ta' interess 

  • Tech.mt tipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni

applika