Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub għal start-ups Maltin fit-teknoloġija u studenti b'kunċetti innovattivi ta' negozji teknoloġiċi li jeħtieġu gwida minn esperti biex jiżviluppaw u jkabbru l-impriżi tagħhom. Dan jgħaqqad lill-benefiċjarji eliġibbli ma' sħab fl-industrija li jipprovdu servizzi ta' konsulenza professjonali.

​X’ser​ tingħata

Permezz ta' din l-inizjattiva, ser tirċievi siegħa* waħda ta' konsulenza b'xejn, pro-bono, minn nies ta’ esperjenza fil-qasam tieghek. Dan jinkludi feedback imparzjali, parir dwar manigment, ippjanar strateġiku u marketing biex jgħinu jivvalidaw il-kunċett tiegħek, jaraw opportunitajiet fis-suq, jiżviluppaw strateġiji ta' fi swieq godda, u jappoġġaw l-isforzi ta' internazzjonalizzazzjoni.

*Iktar siegħat jistgħu jintalbu, suġġett għall-approvazzjoni ta' Tech.mt.
 

Eliġibbiltà​​

Din l-inizjattiva hi għal studenti u startups.

Startup tfisser:

  • Il-kumpanija jew il-proġett tiegħek ibazati f'Malta
  • Il-kumpanija tiegħek twaqqfet inqas minn 5 snin ilu
  • Il-kumpanija tiegħek mhix elenkata fuq il-Borża ta' Malta
  • Il-kumpanija tiegħek ma ħadietx il-post ta' negozju ieħor u ma nħolqitx minn merger

Kif tapplika​

  • Agħfas fuq il-formola tal-applikazzjoni fuq il-website tagħna online 

  • Imla l-formola bid-dettalji tan-negozju tiegħek u r-rekwiżiti tal-konsulenza 

  • Iċċekkja li mlejt is-sottomissjoni tiegħek b'mod korrett 

  • Issottometti l-applikazzjoni 

  • Tirċievi konferma tas-sottomissjoni tiegħek 

  • L-applikanti li jirnexxu ser ikunu kkuntattjati minn Tech.mt b'aktar informazzjoni dwar l-allokazzjoni tas-sieħeb u s-sigħat ta' konsulenza
applika