Ħarsa ġenerali​

Din hi l-formula għar-Rimborż ta’ l-iskema Boost Your Coding – inizjattiva maħsuba biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lil individwi li qed jagħmlu korsijiet ta’ coding li jaqblu mal-għanijiet tal-iskema. L-iskema toffri appoġġ sa €1,000 għal kull applikant.

​X’ser​ tingħata

Din il-parti ta’ l-iskema Boost Your Coding tiffaċilita r-rimbors tal-fondi, wara li tkun kompletati l-applikazzjoni tal-Boost Your Coding u tal-kors rilevanti tal-coding. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal korsijiet differenti, sakemm l-ammont finanzjarju kumulattiv mogħti ma jaqbiżx €1,000 għal kull individwu.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti jridu jkunu kkumpletew l-applikazzjoni tal-Iskema Boost Your Coding biex jiksbu numru ta' referenza għall-applikazzjoni tar-rimborż, kif ukoll jkunu temmew il-kors tal-coding.

L-applikanti għandhom ikollhom 16-il sena jew aktar. Għal dawk li għandhom 16 jew 17-il sena, l-applikazzjoni tagħhom trid tiġi sottomessa minn kustodju. Il-kustodji legali jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet kemm għalihom infushom kif ukoll għat-tfal eliġibbli tagħhom.
 

Kif tapplika​

1.    Aċċessa l-formola onlajn permezz tal-buttuna ‘Applika’ hawn taħt.
2.    Imla l-formola bid-dettalji tiegħek.
3.    Irrevedi s-sottomissjoni tiegħek għall-eżattezza.
4.    Ibgħat il-Formola elettronika.
5.    Ħu nota tal-Kodiċi ta' Referenza pprovdut
6.    Jekk ikun meħtieġ tissottometti kwalunkwe kjarifika mitluba mill-MDIA.
7.    Tirċievi konferma tas-sottomissjoni b'suċċess.

Dokumenti meħtieġa:
1.    Boost Your Coding numru ta' referenza
2.    Ċertifikat ta’ riżultat jew attendenza mill-entità tat-tħarriġ
3.    Invoice mill-entità tat-taħriġ
4.    Riċevuta mill-entità tat-taħriġ
5.    Prova ta’ ħlas mill-benefiċjarju

applika