Ħarsa ġenerali​

Organizzazzjoni tal-Altruwiżmu fir-rigward tad-data, hija entità legali stabbilita biex twettaq attivitajiet ta’ altruwiżmu tad-data u topera fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ. L-altruwiżmu tad-data huwa definit bħala l-kondiviżjoni  volontarju tad-data fuq il-bażi tal-kunsens tas-suġġetti tad-data jew permess tad-detenturi tad-data, kif applikabbli, għal għanijiet ta’ interess ġenerali.


Organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-Altruwiżmu fir-rigward tad-Data huma entitajiet li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tad-data skont l-Att Ewropew dwar il-Governanza tad-Data tal-UE (Regolament (UE) 2022/868). Skont dan l-Att, Organizzazzjonijiet tal-Altruwiżmu fir-rigward tad-Data għandhom rwol kruċjali fil-ħolqien ta’ qafas għall-altruwiżmu tad-data li jsegwi ma’ standards stretti ta’ governanza, trasparenza u sigurtà, u b’hekk jibnu fiduċja fl-ekosistema ta’ kondiviżjoni  volontarja  tad-data.
 

​X’ser​ tingħata

1)    L-organizzazzjoni tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali pubbliku ta’ Malta kif ukoll fir-reġistru tal-Unjoni Ewropea ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ altruwiżmu fir-rigward tad-data.

 

2)    Entità rreġistrata fir-reġistru nazzjonali pubbliku ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ altruwiżmu fir-rigward tad-data, tista’ tuża t-tikketta “organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuta fl-Unjoni’ fil-komunikazzjoni tagħha miktuba u mitkellma, kif ukoll logo komuni.
 

Eliġibbiltà​​

1)    Organizzazzjoni tal-altruwiżmu tad-data li għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha f’Malta. Alternattivament, jekk l-organizzazzjoni ma tkunx stabbilita fl-Unjoni Ewropea, għandu jinħatar rappreżentant legali f'wieħed mill-Istati Membri li fihom is-servizzi huma offruti.  L-entità għandha titqies li hija taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab ir-rappreżentant legali.

2)    Sabiex tikkwalifika għar-reġistrazzjoni fir-reġistru pubbliku nazzjonali ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, l-entità għandha:

 

a)    twettaq attivitajiet ta' altruwiżmu fir-rigward tad-data;

b)    tkun persuna ġuridika stabbilita skont il-liġi nazzjonali biex tilħaq objettivi ta’ interess ġenerali kif previst fil-liġi nazzjonali, fejn ikun applikabbli;

c)    topera fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ u tkun legalment indipendenti minn kwalunkwe entità li topera fuq bażi għal skop ta' qligħ;
d)    twettaq l-attivitajiet relatati mal-altruwiżmu fir-rigward tad-data permezz ta' struttura li hija funzjonalment separata mill-attivitajiet l-oħra tagħha.


Informazzjoni addizzjonali dwar l-Organizzazzjonijiet tal-Altruwiżmu fir-rigward tad-Data tista' tiġi aċċessata mill-website tal-MDIA: https://mdia.gov.mt/services/data-intermediation-and-altruism/ 
 

Kif tapplika​

•    Imla l-formola ta' reġistrazzjoni li tista' tiġi aċċessata permezz tal-link: https://forms.office.com/e/j0ZFHk3Ny0  
•    Ibgħat dokumenti addizzjonali biex juri li r-rekwiżiti huma sodisfatti lil [email protected]  u [email protected] 

Dokumenti meħtieġa

1)    Ipprovdi dokumenti bħala prova tal-identità u tal-istabbiliment tal-forma legali tal-organizzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data, kif spjegat fil-formola ta’ reġistrazzjoni.

 

2)    Fil-każ li organizzazzjoni għall-altrużmu tad-data tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 18, iżda mhix stabbilita fl-Unjoni, jekk jogħġbok ipprovdi:
a) Ħatra permezz ta’ mandat bil-miktub tal-organizzazzjoni   għall-altrużmu tad-data biex taġixxi f’isem l-istess organizzazzjoni fir-rigward tal-obbligi tagħha taħt din ir-Regolament.


3)    Fil-każ li jiġi maħtur rappreżentant legali:
a)    Jekk entità legali tiġi maħtura bħala r-Rappreżentant Legali, jekk jogħġbok ipprovdi:
I.    Dokumenti tal-Memorandum ta’ Assoċjazzjoni li jiddettaljaw l-istruttura korporattiva tal-entità rreġistrata f’Malta.
II.    Jekk l-entità ġiet inkorporata fi’Stat Membru ieħor jew fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew Żona Ekonomika Ewropea, kull dokument rilevanti skont il-leġiżlazzjoni governattiva tal-Istati Membri/ Ewropea li jipprovdi evidenza tal-istruttura korporattiva.
III.    Kopja tal-Karta tal-Identità jew Passaport tar-Rappreżentant Legali tal-entità legali.
b) Fil-każ li persuna naturali tiġi maħtura bħala r-
       Rappreżentant Legali, jekk jogħġbok ipprovdi:
I. Kopja tal-karta tal-Identità jew Passaport.

 

4)    Dokumenti li juru li r-rekwiżiti tal-Artikolu 18 tar-Regolament  huma ssodisfati.


MDIA tirriserva d-dritt li titlob iktar informazzjoni u dokumenti. 
 

applika