Fornitur tas-Servizzi ta’ Intermedjazzjoni tad-Data jaġixxi bħala intermedjarju newtrali sabiex jiffaċilita il-kondiviżjoni u l-iskambju tad-data bejn diversi entitajiet, pereżemju detenturi tad-data, utenti tad-data u suġġetti tad-data.
Skont l-Att Ewropew dwar il-Governanza tad-Data (DGA) (Regolament (UE) 2022/868), dawn il-fornituri għandhom irwol importanti sabiex joħolqu qafas ta’ fiduċja u konformità legali, li jappoġġjaw transazzjonijiet ta’ data trasparenti u siguri. Din in-notifika toffri l-opportunità sabiex il-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jikkonforma mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea fuq il-governanza tad-data, biex jiġu promossi skambji ta’ data affidabbli, u servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li huma ġusti u trasparenti.
1) Wara s-sottomissjoni tal-formola ta' notifika li tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa skont ir-Regolament, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data jista' jipprovdi servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data fl-Istati Membri kollha, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament.
2) Id-dettalji tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data jiġu ppubblikati fir-reġistru tal-Unjoni Ewropea tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data.
3) Suġġett għat-talba tal-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, il-fornitur jista’ jirċievi dikjarazzjoni standardizzata li tikkonferma li l-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data ssottometta in-notifika, u li n-notifika tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 tal-Artikolu 11 tar-Regolament.
4) Jekk mitlub mill-fornitur tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, u kkonfermat mill-MDIA li l-fornitur tas-servizz konformi mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 12, il-fornitur jista’ juża t-tikketta ‘fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data rikonoxxut fl-Unjoni’, fil-komunikazzjoni miktuba u mitkellma tagħhu, kif ukoll il-logo komuni.
1) Fornitur ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu f’Malta. Alternattivament, jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data ma jkunx stabbilit fl-Unjoni Ewropea, għandu jaħtar rappreżentant legali f'wieħed mill-Istati Membri fejn qed jiġu offruti dawk is-servizzi.
2) Fornituri tas-servizzi ta' intermedjazzjoni tad-data skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2022/868, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament:
a. Servizzi ta’ intermedjazzjoni bejn id-detenturi tad-data u utenti potenzjali tad-data,
b. Servizzi ta’ intermedjazzjoni bejn is-suġġetti tad-data li jfittxu li jagħmlu d-data personali tagħhom disponibbli, jew persuni fiżiċi li jfittxu li jagħmlu data mhux personali disponibbli, u l-utenti potenzjali tad-data,
c. Servizzi ta' kooperattivi tad-data.
Aktar informazzjoni dwar il-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tista’ tinkiseb mill-website tal-MDIA:
https://mdia.gov.mt/services/data-intermediation-and-altruism/
1) Imla l-formola ta’ notifikazzjoni li tista' tiġi aċċessata permezz tal-
link: https://forms.office.com/e/gctDfnefrw
2) Ibgħat id-dokumenti meħtieġa fuq [email protected] u fuq [email protected]
Dokumenti meħtieġa
1) Ipprovdi dokumenti bħala prova tal-identità u tal-istabbiliment tal-forma legali tal-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data, kif spjegat fil-formola ta’ notifikazzjoni.
2) Fil-każ li fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jissodisfa r-rekwiżiti, iżda mhix stabbilita fl-Unjoni, jekk jogħġbok ipprovdi:
a) Ħatra permezz ta’ mandat bil-miktub tal-intermedjazzjoni tad-data biex taġixxi f’isem l-istess entità fir-rigward tal-obbligi tagħha taħt din ir-Regolament.
3) Fil-każ li jiġi maħtur rappreżentant legali:
a) Jekk entità legali tiġi maħtura bħala r-Rappreżentant Legali, jekk jogħġbok ipprovdi:
I. Dokumenti tal-Memorandum ta’ Assoċjazzjoni li jiddettaljaw l-istruttura korporattiva tal-entità rreġistrata f’Malta.
II. Jekk l-entità ġiet inkorporata fi’Stat Membru ieħor jew fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew Żona Ekonomika Ewropea, kull dokument rilevanti skont il-leġiżlazzjoni governattiva tal-Istati Membri/ Ewropea li jipprovdi evidenza tal-istruttura korporattiva.
III. Kopja tal-karta tal-identità jew passaport tar-rappreżentant legali tal-entità legali.
b) Fil-każ li persuna naturali tiġi maħtura bħala r-
Rappreżentant Legali, jekk jogħġbok ipprovdi:
I. Kopja tal-karta tal-identità jew passaport.
4) Kopja tal-proċeduri fis-seħħ biex jiġu evitati prattiki frodulenti jew abbużivi b’rabta mal-partijiet li jfittxu aċċess permezz tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data tagħha.
MDIA tirriserva d-dritt li titlob iktar informazzjoni u dokumenti.