Il-Formola tal-Ilment Regolatorju tal-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta (MDIA) tapplika għall-ilmenti riċevuti minn kull persuna naturali jew ġuridika, skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/881 (L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà), l-Artikolu 27 tar Regolament (UE) 2022/868 (Att dwar il-Governanza tad-Data), l Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2023/2854 (L-Att dwar id-Data), l Artikolu 85 tar-Regolament (UE) 2024/1689 (l-Att dwar l Intelliġenza Artifiċjali), l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2024/2847 (L-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika), il-Leġiżlazzjonijiet Sussidjarji rilevanti, u kull regolament ieħor li jista’ jaqa’ taħt il MDIA. *Għandu jiġi nnutat li d-dispożizzjonijiet korrispondenti taħt l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika għadhom ma ġewx applikati.
Permezz ta’dan is-servizz inti tkun tista’ tissottometti lment skont Artikolu 63 ta’ Regolament (UE) 2019/881 (l-Att dwar iċ Ċibersigurtà), Artikolu 27 ta’ Regolament (UE) 2022/868 (Att dwar il-Governanza tad-Data), Artikolu 38 ta’ Regolament (UE) 2023/2854 (l-Att dwar id-Data), Artikolu 85 ta’ Regolament (UE) 2024/1689 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)*, Artikolu 52 ta’ Regolament (UE) 2024/2847 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)*, Leġiżlazzjoni Sussidjarja pertinenti, u oltre regolamenti li jistgħu jaqaw taħt l-MDIA. *Għandu jiġi nnutat li d-dispożizzjonijiet korrispondenti taħt l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika għadhom ma ġewx applikati.
Imla il-Formola tal-Ilment Regolatorju:
Dokumenti meħtieġa:
Kull document li jista’ jintuża bħala evidenza b’rabta mal ilment jista’ jiġi sottomess.