L-Istitut tal-istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA jikkontrolla u jipprovdi ċertifikazzjoni lill-operaturi li jipproduċu, jipproċessaw u jimpurtaw (mill-pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea), prodotti tal-ikel bl-imnut, bl-ingrossa u organiċi skont ir-rekwiżiti tar-regolament fuq il-biedja organika EC Reg 834 of 2007. Jekk l-organizzazzjoni tiegħek tirrekjedi din it-tip ta’ ċertifikazzjoni, inti tista' tibda billi titlob kwotazzjoni u timla formula sabiex tkun tista' tapplika.