Ħarsa ġenerali​

Il-warrant jipprovdi lill-applikant b’liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta’ Perit f’Malta

​X’ser​ tingħata

Warrant ta' perit.

Eliġibbiltà​​

Perit Arkitett

  1. Ikun  irċieva  taħriġ  akkademiku  f’Malta,  tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent  Reċiproku  ta’  Kwalifiki  Professjonali, f’università  jew  istituzzjoni  li  toffri  tagħlim  komparabbli,  għal perjodu minimu ta’ ħames (5) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ tliet mitt (300)  ECTS  u  jkun temm  b’suċċess  l-eżamijiet  finali f’livell  universitarju,  bl-arkitettura  tkun  il-qasam  prinċipali ta’ studju.
     

  2. Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta tal-inqas  fil-livell  kif  imfisser  mir-regolament  13(e)  tar-Regolamenti  dwar  ir-Rikonoxximent  Reċiproku  ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew f’istituzzjoni ta’ tagħlim  komparabbli, għal perjodu  minimu  ta’ erba’ (4) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ mitejn u erbgħin (240) ECTS, u jkun temm b’suċċess l-eżamijiet finali fil-livell universitarju,   u ikun  wettaq  perjodu  ta’  taħriġ  prattiku professjonali formali għall-perjodu minimu ta’ sentejn (2) full-time. 

    Dawn iż-żewġ rotot jirrikjedu li jsir minimu ta’ sena (1) taħriġ prattiku professjonali formali.
     

  3.  Kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3)(a), li għandu d-dritt għat-titolu ta’ "Arkitett" skont l-Anness V jew l-Anness VI, u li jixtieq jistabbilixxi lilu nnifsu f’Malta, għandu awtomatikament jitqies bħala kwalifikat biex jiddaħħal fil-lista ta’ Perit Arkitett, dment li jissodisfa r-rekwiziti tal-artikolu 4(3)(ċ), (d) u (e).

 

Perit Inġinier Ċivili

  1. Ikun  irċieva  taħriġ  akkademiku  f’Malta,  tal-inqas fil-livell kif imfisser mir-regolament 13(e) tar-Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent  Reċiproku  ta’  Kwalifiki  Professjonali, f’università  jew  istituzzjoni  li  toffri  tagħlim  komparabbli,  għal perjodu minimu ta’ ħames (5) snin full-time, jew l-ekwivalenti għal tliet mitt (300) ECTS u jkun temm b’suċċess l-eżamijiet finali f’livell universitarju, bl-inġinerija ċivili tkun il-qasam prinċipali ta’ studju.
     

  2. Ikun irċieva taħriġ akkademiku f’Malta tal-inqas  fil-livell  kif  imfisser  mir-regolament  13(e)  tar-Regolamenti  dwar  ir-Rikonoxximent  Reċiproku  ta’ Kwalifiki Professjonali, f’università jew f’istituzzjoni ta’ tagħlim komparabbli, għall-perjodu minimu ta’ erba’ (4) snin full-time, jew l-ekwivalenti ta’ mitejn u erbgħin (240), u ikun  wettaq  perjodu  ta’  taħriġ  formali professjonali  għall-perjodu  minimu  ta’  sentejn  (2)  full-time. 

    Dawn iż-żewġ rotot jirrikjedu li jsir minimu ta’ sena (1) taħriġ prattiku professjonali formali.
     

  3.  Kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3)(a), li huwa kompletament kwalifikat bħala inġinier ċivili fl-Istat tal-oriġini tiegħu, fejn din il-professjoni hija regolata, u li jixtieq jistabbilixxi lilu nnifsu f’Malta, jista’ jitqies bħala kwalifikat biex jiddaħħal fil-lista ta’ Perit Inġinier Ċivili, dment li jissodisfa r-rekwiżiti tal-artikolu 4(3) (ċ), (d) u (e).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika