Turn on more accessible mode
Turn off more accessible mode
Sign In
  • ID login
  • My Cases
  •  

Ekonomija, Negozju u Kummerċ


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Ekonomija, Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ > Servizzi tan-Negozju

Servizzi tan-Negozju

  • Formola ta’ Notifika Dwar Konċentrazzjoni

    Meta tnejn jew aktar intrapriżi li qabel kienu ekonomikament indipendenti minn xulxin jingħaqdu flimkien jew intrapriża waħda jew aktar jakkwistaw il-kontroll kollu jew parti minn waħda jew aktar intrapriżi, l-intrapriża li qed takkwista l-kontroll fil-każ ta’ xiri jew il-partijiet li ser jingħaqdu jew joħolqu joint venture għandha/għandhom jibagħtu l-Formola ta’ Notifika Dwar Konċentrazzjoni qabel ma jimplimentaw il-konċentrazzjoni. Il-Formola għandha tintbagħat fi żmien 15-il ġurnata wara li jkun sar il-ftehim, jew tkun tħabbret l-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ kontroll konġunt.
  • Ilment lid-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq

    Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq huwa kkonċernat mas-sikurezza tal-prodotti użati min-nies. Fir-rigward ta' dan, din il-formola tippermetti li wieħed jippreżenta lment dwar is-sikurezza tal-prodotti. Dawn huma maqsuma fl-oqsma li ġejjin:

    - tfal (eż. is-sigurtà tal-ġugarelli u oġġetti oħra użati mit-tfal);
    - domestiċi u okkupazjonali (eż. sigurtà minn nirien fuq apparat elettroniku, sigurtà ta' għodda DIY u apparat ta' komunikazzjoni kif ukoll l-użu sigur ta' kimiċi domestiċi, sigurtà ta' lifts);
    - rikreazzjoni (eż. is-sikurezza ta' magni uzati fuq inġenji ta' rikreazzjoni, apparat tal-midja u apparat li jintuża f'parks tad-divertiment);
    - kura personali (eż. is-sigurtà tal-kosmetiċi u żebgħa tat-tattoos);
    - l-industrija (eż. is-sikurezza tal-makkinarju, pestiċidi u logħob tan-nar).
  • Ispezzjoni tat-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi

    Din il-formola tal-applikazzjoni għall-ispezzjoni tat-Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi hija maħsuba għal utenti li għandhom Tagħmir għall-Applikazzjoni tal-Pestiċidi f'użu professjonali, li jkun jeħtieġ spezzjoni f'intervalli regolari skont ir-rekwiżiti tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 430.08 (AL 489 tal-2011 ) dwar ir-Regolamenti dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (taħt l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi). Aktar informazzjoni hija mogħtija hawn
  • L-Iskema Trust You

    L-iskema Trust You twaqqfet sabiex tinbena relazzjoni ta' fiduċja bejn il-konsumatur u l-kummerċjant. L-iskop ta' din l-iskema hu li tinkoraġġixxi u tippromwovi prattiċi ta' negozju li huma ta' benefiċċju għall-konsumaturi.

  • Notifika ta' Bijoċida

    Din il-formola sservi bħala notifika ta' prodotti li jkun fihom sustanzi attivi li jkunu għadhom taħt reviżjoni skont il-miżuri tranżitorji stipulati fl-Artikolu 89 tar-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (BPR, Regolament (UE) 528/2012) u l-Avviż Legali 348 tal-2013.
  • Reġistrazzjoni ta' Kumpanija Privata b'Responsabbiltà Limitata: Applikazzjoni għal Numru tal-VAT u Numru ta' Min Iħaddem

    Din il-formola elettronika (eForm) hija magħmula għal kumpaniji privati limitati li jirreġistraw għall-ewwel darba għal:
    1) Numru tal-VAT
    2) In-numru tal-PE, fil-każ fejn l-applikant għandu l-ħsieb li jimpjega ħaddiema matul il-fażi tal-bidu.
  • Reġistrazzjoni ta' Lifts Eżistenti

    Din il-formola tintuża biex kull lift li ġie installat qabel l-1 ta' Lulju 2002, jiġi rreġistrat mal-Awtorità, skont ir-regolamenti dwar l-ispezzjonijiet tal-lifts, LN 231 tal-2007.
  • Reġistrazzjoni ta' Lifts Ġodda

    Din il-formola tintuża biex kull lift, li ġie installat mill-1 ta’ Lulju 2002 'il quddiem, jiġi rreġistrat mal-Awtorità, skont ir-regolamenti dwar l-ispezzjonijiet tal-lifts, LN 231 tal-2007.
  • Reġistrazzjoni ta’ Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti

    Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li għandhom jitqiegħdu fis-suq Malti inkluż ir-rikonoxximent reċiproku, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni eżistenti u l-użu ta’ emerġenza. F’din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-prodott u l-applikant, awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq minn awtorità kompetenti tal-UE, identità tal-prodott, rapport/dossier ta’ reġistrazzjoni, ittra ta’ aċċess jekk applikabbli, informazzjoni dwar ingredjenti attivi u koformulanti, kompożizzjoni kimika, skedi tad-dejta tas-sikurezza, ittikkettjar u ppakkjar. L-applikant huwa meħtieġ ukoll li jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Taħriġ fuq Ċertifikazzjoni - Reġistrazzjoni għall-Korsijiet tal-MCCAA

    L-MCCAA toffri servizz ta’ taħriġ fuq Sistemi ta’ Ġestjoni skont ir-rekwiżiti tal-istandards Internazzjonali ISO 9001:2015, ISO14001:2015. Dan it-taħriġ jista' jgħin lill-ħaddiema fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-Sistemi fl-organizzazzjoni tiegħek.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​

​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
​​Public Service​​
​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2026