Ħarsa ġenerali​

l-applikant ikun qed japplika għall-ewwel darba, jew ikun qed iġedded, jew biex jinħariġlu passaport ġdid f’każ li jinsteraq, jintilef jew jitgħarraq.

 

Għal aktar informazzjoni agħfas hawn

​X’ser​ tingħata

Passaport Malti.

Eliġibbiltà​​

Cittadini Maltin.

Kif tapplika​

Imla l-Formola A u flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa ssottomettiha personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, f’Malta jew f’Għawdex. Dakinhar tas-sottomissjoni tittieħed l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ u tal-marki tas-swaba’.


Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Malta,
Binja Onda,
Triq Aldo Moro,
Il-Marsa, MRS 9065, Malta.

 

jew

 

Uffiċċju tal-Passaporti ta’ Għawdex,
The Tower
1st Floor
Triq Fortunato Mizzi
Ir-Rabat, Għawdex. VCT 2571

 

Ċittadini Maltin li jgħixu barra minn Malta, għandhom jissottomettu personalment l-applikazzjoni tagħhom fl-eqreb rappreżentanza Maltija.
 

applika