Ħarsa ġenerali​

Minn tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi għandhom jagħmlu talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ fir-Reġistru Pubbliku. F'din il-formola, il-konjuġi jagħtu d-dettalji kollha mitluba mir-Reġistru taż-Żwieġ rigward iż-żwieġ li jkun ġej. Din il-formola għandha tiġi ffirmata mill-koppja.


Għal aktar informazzjoni agħfas hawn https://identita.gov.mt/marriage-registry/

​X’ser​ tingħata

Għaxart ijiem qabel id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha tiġbor tliet dokumenti ppreparati mir-Reġistru taż-Żwieġ.

Eliġibbiltà​​

Koppji li jagħżlu li jiżżewġu jew ċivilment jew bil-Knisja.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq din il- link, jew billi tibgħat email fuq [email protected]

applika