Ħarsa ġenerali​

It-Taqsima tar-Riċerki tipprovdi riċerki dwar individwi u kumpaniji vis-à-vis trasferiment ta’ propjetà immobbli. Dawn jinqasmu fi 2: Riċerki Normali jew Fast-track u jipprovdu dokumenti imsejħa Noti msejsa fuq il-kuntratt jew l-Att.
Fost dawn in-noti insibu:

  • Insinwi li jinkludu noti relatati ma’ kuntratti ta’ xiri/bejgħ ta’ propjetà, donazzjonijiet, causa mortis eċċ minn individwi jew kumpaniji;
  • Ipoteki li juru jekk l-individwu jew il-kumpanija jkollux xi obbligazzjonijiet bħal self jew djun;
  • Fidi relatati ma’ fidi ta’ ċnus.
     

Ir-riċerki tipprovdi riżultati dejjem jekk il-propjetà tkun inkisbet b’att pubbliku li jkun insinwat fir-Reġistru Pubbliku. 
 

​X’ser​ tingħata

Riċerka Uffiċjali dwar individwi jew kumpaniji. 

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha tintbagħat biss minn min jixtieq riċerki uffiċjali 'normali' jew 'fast track', inkluż kull testment fuq individwi u ditti.

Kif tapplika​

Agħfas fuq il-ħolqa u segwi l-passi li jwasslu biex tkun ordnata r-riċerka.

applika