Ħarsa ġenerali​

Testmenti Pubbliċi - Riċerka dwar testmenti tista' ssir fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk tali persuna rreġistratx testment pubbliku. Ir-riċerka ma tiżvelax il-kontenut tat-testment, imma tagħti biss sommarju li fih ikun hemm id-data li fiha sar it-testment, u n-nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment jista' jiġi muri biss lill-persuna li għamlet it-testment, jew l-eredi tagħha/tiegħu. 


Testmenti Sigrieti- Wieħed jista’ wkoll jikseb informazzjoni rigward testmenti sigrieti ta' persuni mejta. Dawn it-tip ta' testmenti huma depożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja). Wara li persuna tapplika, l-applikant jiġi mgħarraf bir-riżultat tat-tfittxija, u jekk ir-riċerka tkun pożittiva, avukat jew nutar jista' jagħmel talba biex it-testment sigriet jiġi ppubblikat.


Ta’ min wieħed jinnota li r-riċerki dwar testmenti pubbliċi jinħadmu mit-Taqsima tar-Riċerki filwaqt li r-riċerki dwar testmenti sigrieti jinħadmu mis-Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja fi ħdan il-Qorti Ċivili.
 

​X’ser​ tingħata

Riċerka Testamentarja dwar Testmenti Pubbliċi jew Sigrieti. 

Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.

Kif tapplika​

Agħfas fuq il-ħolqa u segwi l-passi li jwasslu biex tkun ordnata r-riċerka.

applika