Ħarsa ġenerali​

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan, Għalhekk dan is-servizz jinkuraġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.

​X’ser​ tingħata

Installazzjoni tas-sett tat-Telecare u l-pendent.

Dan is-servizz hu bi ħlas:

  • Depositu ta’ €25 li jitħallas mal-installazzjoni mill-persuna li tkun għamlet l-installazzjoni, liema depożitu hu rifondibbli jekk jitwaqqaf is-servizz u s-sett jiġi ritornat; u

  • €4 kera kull xahar għas-servizz

Anzjan/a li għandu/ha minn 80 sena ‘l fuq u li m’għandu lil ħadd jgħix miegħu taħt is-60 sena fl-istess residenza huwa eżentat milli jħallas ir-renta ta’ €4 fix-xahar jekk għandu fil-pussess tiegħu:

  • Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; jew
  • Kartuna s-Safra valida maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (Skeda V jew formola SLH 145)
     

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Anzjan/a li għandu/ha sittin (60) sena `l fuq; jew

  • Persuna taħt is-sittin (60) sena u li tbati minn xi mard serju;

  • Applikant għandu/ha jkollu/ha linja fissa.

Kif tapplika​

DOKUMENTAZZJONI MEĦTIEĠA
Dokumentazzjoni ġenerali:

•    Applikazzjoni mimlija
•    Kopja tal-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew kopja tal-Karta s-Safra valida maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u li turi li l-applikant ibati mid-dijabete (jekk applikabbli)
•    Kopja tal-Karta tal-Identità
•    Rapport mediku (pagna 3 ta’ l-applikazzjoni) iffirmat mit-tabib tal-applikant jekk il-persuna hija taħt is-60 sena
•    Imla u ssottometti wkoll il-kuntratt tat-Telecare
 

Kif Tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Jekk inti tixtieq tnizzel l-applikazzjoni u timliha, segwi din il-link
 

Suġġerimenti, Rakkomandazzjonijiet u Ilmenti

F’każ ta’ suġġerimenti jew ilment ikklikkja hawn.

applika