Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tippermetti lill-individwi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala suġġetti tad-dejta skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tad-dati personali pproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Tali drittijiet jinkludu d-dritt għall-aċċess għad-dejta personali u li tintalab il-korrezzjoni ta’ dejta personali li tkun fattwalment skorretta jew it-tħassir tagħha jekk tkun qed tiġi pproċessata illegalment. Għal aktar informazzjoni, ara hawn.

​X’ser​ tingħata

Meta jeżerċita d-dritt ta’ aċċess, l-individwu jsir jaf jekk dejta personali dwaru tkunx qed tiġi pproċessata u x’dejta  personali qed tiġi pproċessata, prinċipalment allerti.

Jekk wieħed isir jaf li xi dejta personali li qed tiġi pproċessata hija fattwalment skorretta, hu jew hi jista' jitlob li tali dejta tiġi rettifikata. Min-naħa l-oħra, jekk allert ma jkollu ebda bażi legali, l-individwu jista’ jitlob li dan jitħassar. Fi kwalunkwe każ, it-talba għandha tkun sostnuta b'evidenza.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe individwu, jew direttament jew permezz ta' rappreżentant legali, li d-dejta personali tiegħu qed tiġi pproċessata fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.

Kif tapplika​

Imla l-formola online, inkluż billi ttella kopja tad-dokumenti neċessarji skont il-każ, u ibagħatha.

applika