Ħarsa ġenerali​

Ċentru Jum Santa Marta joffri ambjent sigur, inklużiv u ta’ sostenn għal adulti b’diżabbiltà, fejn kull individwu jingħata l-opportunità li jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja.

Il-missjoni ewlenija taċ-Ċentru hija li tippromwovi t-tkabbir personali, l-indipendenza u l-inklużjoni soċjali, permezz ta’ firxa ta’ attivitajiet ta’ kuljum li huma sinifikanti u ta’ valur, u li jsaħħu kemm il-kura personali kif ukoll l-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja ta’ kuljum.

Il-programmi tagħna huma mfassla biex jippromovu t-tagħlim kontinwu, il-kreattività, is-saħħa fiżika u l-interazzjoni soċjali, f’ambjent imfassal apposta biex jiżgura sigurtà u rispett lejn id-dinjità ta’ kull parteċipant.

Barra minn hekk, iċ-Ċentru joffri appoġġ u gwida personalizzata, sabiex kull individwu jingħata r-rispett, l-attenzjoni u l-kura li jistħoqqlu, li jippermettilu jkompli jkabbar il-kapaċitajiet tiegħu u jilħaq l-aqwa potenzjal tiegħu.

Aħna impenjati bis-sħiħ li nsaħħu l-parteċipazzjoni attiva ta’ kull persuna fil-ħajja tal-komunità, u nippromwovu stil ta’ ħajja attiva, sodisfaċenti u inklużiva, ibbażata fuq il-valuri fundamentali tad-dinjità, ir-rispett u l-ugwaljanza.

​X’ser​ tingħata

Jekk il-persuna tiġi kkunsidrata bħala eliġibbli, tinħatar case conference flimkien mas-Social worker, bil-għan li jiġu evalwati u mifhuma l-bżonnijiet, il-preferenzi u l-potenzjal individwali tal-persuna.
Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, jitfassal programm personalizzat li joffri l-appoġġ meħtieġ biex jissaħħu t-tkabbir personali u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu.
Wara dan il-proċess, il-persuna tiġi assenjata f’unit jew grupp adatt fi ħdan iċ-Ċentru, sabiex jiġi żgurat li jirċievi l-livell xieraq ta’ kura, appoġġ u opportunità  biex jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Eliġibbiltà​​

Persuni b’diżabilità ta’ 22 sena jew aktar li huma residenti f’Għawdex huma eliġibbli biex japplikaw.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika