Trasferiment (Causa Mortis) huwa mezz li bih werriet ikun intitolat, meta juri evidenza, li jakkwista proprjetà mobbli u/jew immobbli mal-mewt ta' persuna.
Wara li tintlaqa' talba dwar causa mortis mingħand in-nutar/l-avukat tal-werrieta, it-Teżor jikseb il-konferma mill-Borża ta' Malta (MSE) ta':
- MGS holdings irreġistrati biss f'isem id-deċedut u/jew miżmuma flimkien ma' persuni oħra, u MGS holdings miżmuma f'isem persuni oħra imma li minnhom id-deċedut kien igawdi d-dritt tal-użufrutt.
- Sakemm tiġi finalizzata t-trażmissjoni/trasferiment tal-garanziji, l-MSE accounts rigward il-holdings imsemmija hawn fuq jiġu mbblokkati mis-Central Securities Depository (CSD) u ma jitħalla jsir l-ebda negozju f'dawn l-MGSs. Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tat-Teżor.
Għandha tintbagħat minn persuna kwalifikata, bħal nutar jew avukat.
It-talba fuq il-causa mortis mibgħuta min-nutar/avukat għandu jkollha magħha d-dokumenti ttimbrati kif suppost u ċċertifikati bil-linka min-nutar/avukat għall-awtentiċità tagħhom.