Ħarsa ġenerali​

Għażla li titħallas rata ta’ taxxa ta’ 7.5%  minn individwu fuq id-dħul gross qabel l-ebda tnaqqis  li hu derivat minn attività artistika.

​X’ser​ tingħata

Dawk  eliġibbli se jibbenifikaw minn rata ta’  7.5%  fuq id-dħul minn attivita’ artistika  li ma jeċċedix €50,000.

Eliġibbiltà​​

Individwi li huma self-employed fuq bażi part-time jew full-time u d-dħul  ikun iċċertifikat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Kif tapplika​

Jekk inti artist u għandek ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni maħruġ mill-Kunsill tal-Arti, issa tista' tagħżel li tħallas 7.5% taxxa fuq l-ewwel 50,000 dħul billi tiddikjara id-dħul gross permess tal-formola TA26. Din il-formola għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April.
applika