Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha timtela minn persuni li mhumiex reġistrati skont l-Artikolu 10 u li jakkwistaw mezzi ġodda ta' trasport minn membru stat tal-Unjoni Ewropea (li fuqu titħallas VAT f'Malta).

​X’ser​ tingħata

Konferma ta’ pagament ta’ VAT ta’ vettura tal-art / bastiment tal-baħar / mezz tal-ajru

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li ma tkunx reġistrata skont l-Artikolu 10.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

F’kas ta’ ħlas b’ċekk, wara li tissottometti l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha, flimkien mal-ħlas dovut u kopja tal-fattura lil:


Fil-każ ta' vettura tal-art:
Direttorat tal-Liċenzjar u l-Ittestjar
A3 Towers
Triq l-Arkata
Paola PLA 1212
 

Fil-kas ta' bastiment tal-baħar jew mezz tal-ajru:
L-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta
Blokk 4,
Triq V. Dimech, 
Floriana

 

Jekk il-formola pprintjata u ffirmata (flimkien mal-fattura u l-ħlas tal-VAT permezz ta’ ċekk) ma tasalx fi żmien sebat ijiem minn din is-sottomissjoni elettronika, l-applikazzjoni tiġi skartata.
 

applika