Il-Ministeru għall-Finanzi nieda l-iskema tal-għotja li ġejja, li l-għan tagħha huwa li tinċentiva u tassisti lill-first time buyers li jixtru proprjetajiet residenzjali fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (ŻkU), proprjetajiet li ilhom mibnija iżjed minn 20 sena u li ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin, u proprjetajiet ġodda li huma żviluppati skont kriterji approvati kif definiti mil-linji gwida stabbiliti u approvati mill-Bord maħtur mill-Ministru responsabbli għall-finanzi.