Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa applikabbli għal dawk l-individwi jew kumpaniji li juru interess li  jibdew jimmanifatturaw kummerċjalment dgħajjes sa 24 metru li huma għall-użu rikrejattiv.

​X’ser​ tingħata

Allokazzjoni tal-MIC applikabbli għal manifatturi lokali ta’ dgħajjes ta’ divertiment sa 24 metru. Dan huwa numru uniku assenjat minn kostruttur ta’ dgħajjes awtorizzat biex jidentifika d-dgħajsa li tkun ġiet manifatturata minnu.

Dan il-kodiċi jsir parti min-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Qoxra (HIN) jew in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Bastiment (CIN) li jidher fuq kull vapur mibni minn dan il-kostruttur awtorizzat.
 

Eliġibbiltà​​

  • L-individwu li jixtieq japplika għal din l-allokazzjoni jrid ikun ta’ mill-inqas 18-il sena.

 

  • Kumpaniji li jixtiequ japplikaw għal din l-allokazzjoni għandhom ikunu awtorizzati biex jipprovdu dan is-servizz, u din l-awtorizzazzjoni trid tkun riflessa fil-Memorandum u l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni rispettivi tagħhom.

 

  • L-individwu għandu jkun ċittadin Malti jew ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, EEA jew tar-Renju Unit.

 

  • L-applikant, kemm jekk individwu kif ukoll kumpanija, għandu jkollu indirizz residenzjali rreġistrat f’Malta jew, alternativament, jinnomina rappreżentant lokali awtorizzat.
     

Kif tapplika​

  • Aċċessa l-formola tal-applikazzjoni online minfuq il-websajt tat-TM.

 

  • Imla l-formola bid-dettalji meħtieġa u ssottomettijha jew personalment jew permezz ta’ email fuq l-indirizz elettroniku [email protected] 

 

  • Is-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni mandatorja jiġu riveduti u evalwati.

 

  • Ladarba kollox ikun kif suppost u konformi, il-klijent jirċievi konferma ta` rikonoxximent.
     

Dokumenti meħtieġa:

  • Diversi dokumenti kif elenkati fil-formola tal-applikazzjoni relatata jiddependi l-applikant ikunx kumpanija jew individwu. 
     
applika