Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz jibbenifikaw minnu kumpaniji jew individwi li jixtiequ jibdew operazzjonijiet ta’ bunkering, kemm minfuq l-art kif ukoll permezz ta` vapuri fil-baħar fl-ibħra territorjali Maltin sa 12-il mil nawtiku.

​X’ser​ tingħata

Permezz ta’ dan is-servizz, wiehed ikollu permess biex ikun jista’ jagħti servizzi ta’ Bunkering permezz ta’ vapuri jew Marine Terminals, kemm minfuq l-art kif ukoll fil-baħar fl-ibħra territorjali Maltin sa 12-il mil nawtiku.

Eliġibbiltà​​

  • L-individwu li jixtieq joperaw il-vapur irid ikun minn tal-inqas 18-il sena.

     

     

  • Kumpaniji li jixtiequ jwettqu operazzjonijiet ta’ bunkering u li l-attivitajiet tagħhom huma permessi skont il-Memorandum u l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni rispettivi tagħhom.

 

  •  Individwu irid ikun ċittadin Malti jew ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE, EEA, jew ir-Renju Unit.

 

  •  L-applikant, kemm jekk individwu kif ukoll kumpanija, għandu jkollu indirizz residenzjali rreġistrat f’Malta jew, alternativament, jinnomina rappreżentant lokali awtorizzat.

 

  • Il-vapur, bastiment jew tagħmir rispettiv irid ikun iċċertifikat bħala adattat għall-għan minn Servejer Appuntat mill-Gvern, u sussegwentement jiġi ċċertifikat kummerċjalment mill-Awtorità.

 

  • Kiseb il-verifiki u permessi neċessarji minn entitajiet oħra, prinċipalment mir-Regolatur għall-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS).
     

Kif tapplika​

  • Kif tapplika        Il-formola tal-applikazzjoni tista` titniżżel minfuq il-websajt tat-TM.
  • Tintela bid-dettalji meħtieġa u tiġi sottomessa jew personalment jew permezz ta’ email fuq l-indirizz elettroniku [email protected]
  • Is-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni mandatorja jiġu riveduti u evalwati.
  • Ladarba kollox ikun kif suppost u konformi, il-klijent jirċievi konferma ta` rikonoxximent

     

     

     

    Dokumenti meħtieġa:

 

  • Diversi dokumenti kif elenkati fil-formola tal-applikazzjoni relatata – skont it-tip ta’ operat.

 

applika