Kull individwu jew organizzazzjoni li juri x-xewqa li jbiddel il-bastiment, jrid jinforma lill-Awtorita' qabel jirreġistra il-bastiment il-ġdid f'ismu. Jekk l-approvazzjoni għal bidla tal-bastiment tiġi mogħtija minħabba bidla fil-qies il-ġdid u kif wkoll skont il-lokalita', l-individwu jew l-organizzazzjoni li jixtiequ din il-bidla, jeħtieġu li jmorru sal-uffiċini tad-dipartiment, b'ċertifikat validu tal-bastiment u karta' tal-identita' valida. F'każijiet li l-bastiment huwa ikbar, l-individwu jew l-organizzazzjoni jridu jiffirmaw formola li tgħid li jekk tostakola bastimenti oħra jew minħabba raġunijiet ta' navigazzjoni, il-bastiment rrid jitneħħa minnufih. L-Awtorita' għandha kull dritt li tapprova jew ma tapprovax kwalunkwe bidla mitluba.
Suġġett ta' approvazzjoni u eleġibilta', l-Awtorita' tagħti l-pemess tat-trasferiment tas-sid għal permess temporanju tal-irmiġġ biex jinbidel l-bastiment rmiġġjat.
Din tapplika għal;
Kull resident Malti
Organizzazzjonijiet Volontarji
Kull persuna barranijia residenti ġewwa Malta
Agħsal wasla sad-Dipartiment tal-Irmiġġ biex tapplika.
Malta Transport Centre
Triq Pantar
Lija
LJA 2021
Malta
Dokumenti Meħtieġa;
- Emenda tal-applikazzjoni/permess tal-irmiġġ temporanju (din tingħata mill-uffiċini tad-dipartiment tal-irmiġġi.)
- Ċertifikat ġdid u validu tal-bastiment.
- Dokument ta' l-Identita'.