Id-Donazzjoni tal-permess tal-irmiġġ temporanju lill-individwi jew organizzazzjonijiet li ma jiffurmawx parti mid-dipartiment tas-sajd, jistgħu jgħaddu l-irmiġġ temporanju flimkien mal- bastiment bħala donazzjoni lill-qraba. L-individwu li qed jitlob din id-donazzjoni huwa mitlub li jasal sal-ufficini tad-Dipartiment tal-Irmiġġi u jrid jiprovdi ċertifikati relevanti li juru li verament jiġu minn xulxin. L-individwi huma mitluba li jiffirmaw l-karti meħtieġa ġewwa l-uffiċini tad-Dipartiment. L-Awtorita għandha d-dritt li tapprova jew ma tapprovax dan it-trasferiment mitlub. Flimkien maċ-ċertifikat relevanti, importanti wkoll li jkun hemm dikjarazzjoni notarili li tistqarr li l-permess temporanju tal-irmiġġ u l-bastiment jridu jingħadu bħala donazzjoni. Il-bastiment jrid jibqa' l-istess u ma jista' qatt jinbidel.