Liċenzja ta' Operatur ta' Ġarr fit-Toroq (RHOL) hija meħtieġa minn intrapriżi li joffru s-servizz tagħhom ta' ġarr ta' oġġetti għall-kiri. Dawn il-liċenzji jinħarġu minn Transport Malta u huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji:
i) Trasport nazzjonali, u
ii) Trasport internazzjonali
Kif stipulat fir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur (L.S.65.19) u r-Regolamenti 1071/2009/CE u 1072/2009/CE tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew.
Permezz ta' din il-formola, l-applikanti japplikaw għat-tiġdid ta' liċenzja ta' operatur eżistenti għall-ġarr ta' oġġetti b'kiri jew b'kumpens fuq livell Nazzjonali jew Ewropew.
Għal aktar informazzjoni: Carriage of Goods by Road within the European Union - Transport Malta