Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża meta sewwieq ikollu l-intenzjoni li jibda jaħdem bħala chauffeur għal kiri jew b'kumpens.

Għal aktar tgħarif: Use of Animals and Animal-drawn Vehicles on the Road - Transport Malta

​X’ser​ tingħata

Tag ta' permess għal sewwieqa ta' trasport pubbliku (vetturi tal-kiri u/jew kabini taż-żwiemel/horse cabs).

Eliġibbiltà​​

Detenturi ta' liċenzja ta' Kategorija B (minimu ta' sena).

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola flimkien ma':

i) Ċertifikat ta' attendanza tal-kors tal-Customer Care.

ii) Kondotta tal-Pulizija.

iii) Kopja tal-karta tal-identità.

iv) Ċertifikat maħruġ mill-Pulizija għall-Kors tal-Kavallier (għal permessi tax-xufiera taż-żwiemel biss).

v) Ċertifikat mediku għall-applikanti li għandhom aktar minn 50 sena.

vi) Ħlas ta' €22.

 

Ibgħat kollox:

 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo
 

Ħinijiet ta' kuntatt - Contact - Transport Malta

applika