Talba għal trasferiment b'titlu ta' emfittwit temporanju fit-termini tal-Artikolu 31 (g) (C) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.
Talba għal trasferiment b'titolu ta' kiri skont it-termini tal-Artikolu 31 (g) (E) tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta' Malta.
Din il-formola tapplika għall-Entitajiet tal-Gvern li jitolbu informazzjoni dwar Proprjetà tal-Gvern jew li jitolbu Proprjetà tal-Gvern bi kwalunkwe titolu. Tapplika wkoll għall-Entitajiet tal-Gvern li huma mitluba javżaw lill-Awtorità tal-Artijiet dwar sottomissjoni ta’ Applikazzjoni għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 71(5) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta’ MaltaL-Entitajiet tal-Gvern għandhom jużaw il-Formola GOV1 minflok il-Formoli: PLA1, GLA3, GLA21 u GLA23 li issa ġew sostitwiti b’din il-formola.
Din il-formola tapplika għall-Awtorità tad-Djar li qed titlob il-kunsens tal-Awtorità tal-Artijiet biex tapplika għat-trasferiment tas-sjieda jew id-drittijiet tal-amministrazzjoni ta’ Proprjetà tal-Gvern.
Din il-formola tapplika għall-Awtorità tad-Djar li qed titlob it-trasferiment tas-sjieda jew id-drittijiet tal-amministrazzjoni ta’ Proprjetà tal-Gvern.
Modifika għal, jew Tneħħija ta’, Kundizzjoni Imposta f’Kuntratt ta’ Proprjetà Ttrasferita mill-Gvern, l-Awtorità tal-Artijiet jew l-Entitajiet Ekkleżjastiċi permezz ta’ Bejgħ jew Regolamenti dwar Enfitewsi.
Talba għal kunsens tal-Awtorità tal-Artijiet biex jippreżenta applikazzjoni għall-ippjanar tal-iżvilupp skont l-Artikolu 71 (5) tal-Kapitolu 552 tal-Liġijiet ta' Malta.
Talba għal ebda oġġezzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet għal modifika minuri fit-termini tar-Regolament 3 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.07 (Regolamenti dwar l-ippjanar ta' żvilupp (proċedura għal modifiki minuri lil pjanijiet sussidjarji).
Din il-formola hija maħsuba għal entitajiet tal-gvern li qed ifittxu li jissottomettu offerta biex jikru proprjetà mis-settur privat, sakemm tingħata approvazzjoni mill-Awtorità tal-Artijiet kif speċifikat fil-L.S. 601.12
Din il-formola tapplika għal kwalunkwe persuna li xtrat proprjetà li għandha ċens jew li hija suġġetta għal kiri impost mill-Gvern, l-Awtorità jew Entità Ekkleżjastika u li trid tiġi rikonoxxuta mill-Awtorità.