Ħarsa ġenerali​

Il-Kampanja Islands Cleanup amministrata mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC) tilqa’ kumpaniji privati, skejjel, NGOs, gruppi komunitarji u organizzazzjoniet oħra, kif ukoll individwi li jixtiequ jorganizzaw tindif fuq bajjiet jew widien. 


Min jipparteċipa jingħata t-tagħmir meħtieġ, inkluż ingwanti, boroż, assistenza fil-ġarr tal-iskart miġbur, u struzzjonijiet ta’ sigurtà biex jiġi żgurat proċess ta’ tindif sigur u effiċjenti.


L-għan hu li nipproteġu l-widien, ix-xtut u ż-żoni marittimi madwar Malta billi nnaqqsu l-iskart u t-tniġġis, kif ukoll titqajjem aktar kuxjenza dwar il-protezzjoni ambjentali.

​X’ser​ tingħata

Permezz ta’ dan is-servizz, tirċievi t-tagħmir u l-għajnuna meħtieġa biex tiġi organizzata l-attività, inkluż ukoll gwida u assistenza fuq kif għandu jiġi sseparat l-iskart. Dan jgħin sabiex l-attività tkun waħda effiċjenti u sikura filwaqt li tagħti kontribut dirett għal ambjent aktar nadif.

Eliġibbiltà​​

Dan is-servizz hu miftuħ għan-negozji, skejjel, NGOs, gruppi komunitarji u individwi li jixtiequ jorganizzaw attività ta’ tindif. Kull min hu mpenjat u jixtieq jwettaq tindif responsabbli f’żoni naturali madwar Malta jista’ japplika.

Kif tapplika​

  • Agħfas il-buttuna “Applika” hawn taħt biex taċċessa l-formola onlajn.
  • Imla d-dettalji meħtieġa dwar il-grupp tiegħek u l-attività ta’ tindif proposta.
  • Irrivedi l-informazzjoni biex tiżgura li kollox hu korrett.
  • Ibgħat l-“E Form”
  • Tirċievi email bil-konferma tas-sottomissjoni tiegħek.
applika